Kejk taċ-ċikkulata u l-coconut

  • Set 07, 2015 15:06
  • Miktub minn
"

    Dan il-kejk fih inqas zokkor biex tibda dderri l-palat bit-togħma tal-Istevia. Ħafna minnkom tgħiduli li l-Istevia ma fihiex l-istess togħma taz-zokkor. Dan hu minnu għax l-Istevia mhijiex zokkor ipproċessat iżda ħlewwa naturali b’togħma naqra differenti. Hija ħelwa aktar miz-zokkor u għalhekk għandek bżonn inqas. Iċċekkja l-vażett tal-Istevia biex tara l-konverżjoni tal-ammont li għandek bżonn iżżid.

    Ingredjenti:

    kikkra zokkor

    kikkra Stevia

    żewġ kikkri dqiq self-raising

    kikkra coconut

    kikkra żejt taż-żebbuġa fietel

    erba’ mgħaref kokodina

    kikkra ilma

    tliet bajdiet

    nofs kikkra plain yoghurt

    kuċċarina bikarbonat

    ftit qtar vanilla

    nofs kuċċarina kafè

    Metodu:

    Fi skutella poġġi l-Istevia, id-dqiq, il-coconut u l-bikarbonat u ħawwad.

    F’kazzola oħra saħħan fuq nar baxx il-yoghurt, iż-żejt taż-żebbuġa, iz-zokkor, il-kokodina, l-ilma, il-vanilla u l-kafè. Ħawwad sakemm jinħall kollox u neħħi minn fuq in-nar. Ħallih jibred ftit.

    Ħabbat il-bajd fi skutella oħra.

    Żid il-likwidi sħan mat-taħlita tad-dqiq. Ħawwad bil-mod b’mgħarfa tal-metall mingħajr ma tħallat ħafna. Fl-aħħar żid il-bajd.

    Idlek dixx ta’ 23ċm bil-butir u ferra’ t-taħlita fih. Aħmi fil-forn f’temperatura ta’ 160°C għal 35 minuta. Meta toħroġ il-kejk mill-forn, idlek il-wiċċ bl-għasel sħun billi tuża pinzell. Ferrex ftit coconut fil-wiċċ.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2