Malta vs Ażerbajġan: Il-Maltin jaghmlu rimonta fit-tieni taqsima

  • Set 07, 2015 09:00
  • Miktub minn
"

    B’wirja sodisfaċenti fit-tieni taqsima, Malta kisbet it-tieni punt fi Grupp H, meta spiċċat fi draw ta’ 2-2 kontra l-Azerbaijan f’logħba mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2016. Goals ta’ Michael Mifsud u Alfred Effiong għenu lit-team Malti jwettaq rimonta, wara li l-Azerbaijan marru fil-vantaġġ minn Rahid Amirguliyev fl-ewwel taqsima. Iżda kien l-istess Amirguliyev li skorja l-goal tad-draw għaxar minuti mit-tmiem.

    Il-wirja tat-team Malti fl-ewwel taqsima kienet pjuttost diżappuntanti, minkejja l-aspettattivi għoljin wara l-wirja pożittiva kontra l-Italja (0-1),, nhar il-Ħamis li għadda.
    Il-coach nazzjonali Pietro Ghedin wettaq żewġ bidliet mill-aħħar konfront kontra l-Italja meta beda lil Michael Mifsud u Ryan Camilleri mal-ewwel ħdax, fil-post ta’ Zach Muscat u Paul Fenech li kien sospiż.
    L-Azerbaijan mill-ewwel ħadu l-inizjattiva u fit-12-il minuta cross insidjuż mil-lemin ġie kklerjat b’diffikultá minn Alex Muscat. Ir-risposta tat-team Malti waslet minuta wara meta André Schembri għadda l-ballun lejn Alfred Effiong fil-kaxxa, iżda Badavi Huseynov interċetta qabel l-attakkant Malti seta’ jkun ta’ periklu.
    Fis-36 minuta, l-Azerbaijan fetħu l-iskor meta xutt ta’ RAHID AMIRQULIEV ġie ddevjat minn Steve Borg, bil-ballun iqarraq għal kollox bil-goalkeeper Andrew Hogg.
    Fit-tieni taqsima, il-Maltin ħargu aktar determinati u ssieltu għal kull ballun. Iżda kienu l-Azerbaijan li ħolqu l-periklu meta, fid-49 minuta, Alex Muscat tefa’ f’corner qabel Javid Taghiyev seta’ jikkonkludi.
    Fil-55 minuta, il-Maltin kisbu d-draw meta André Schembri seraq ballun f’nofs il-ground, għadda lejn Alfred Effiong li kkontrolla tajjeb biex xeħet il-ballun fin-nofs lejn MICHAEL MIFSUD li kien pront spara l-ballun fix-xibka biex skorja l-40 goal personali bil-flokk nazzjonali.
    Fis-60 minuta, il-goalkeeper Hogg wettaq save stupend fuq xutt b’saħħtu ta’ Afran Ismayilov. Erba’ minuti wara, l-avversarji resqu viċin li jmorru fil-vantaġġ meta cross mil-lemin ta’ Afran Ismayilov tniżżel bir-ras minn Rahid Amirguliyev bix-xutt finali ta’ Ruslan Gurbanov jistampa mal-mimduda.
    It-team Malti mar fil-vantaġġ, fil-71 minuta, meta minn through pass ta’ André Schembri, ALFED EFFIONG b’xutt potenti tefa’ fir-rokna tax-xibka. Fit-78 minuta, l-goalkeeper Hogg dawwar il-ballun f’corner fuq xutt mill-viċin ta’ Araz Abdullayev.
    Azerbaijan kisbu l-goal tad-draw fit-80 minuta meta RAHID AMIRGULIYEV b’xutt minn barra l-kaxxa għeleb għal darb’oħra lil Hogg. Dan il-goal reġa’ mela lill-avversarji b’kuraġġ biex ippressaw biex jiksbu l-goal tar-rebħa. Fid-90 minuta, tentattiv ta’ Araz Abdullayev għadda fuq il-mimduda.
    MALTA: 1-Andrew Hogg, 2-Alex Muscat, 5-Andre Agius, 7-Clayton Failla (20-Steve Pisani 84),, 8-Roderick Briffa, 9-Michael Mifsud (10-Andrew Cohen 61),, 11-Rowen Muscat, 13-Andre Schembri, 15-Steve Borg, 17-Ryan Camilleri (3-Joseph Zerafa 79),, 19-Alfred Effiong - Coach: Pietro Ghedin
    AZERBAIJAN: 1-Kamran Agayev, 2-Gara Garayev, 3-Magomed Mirzabekov, 5- Badavi Hüseynov, 10-Ruslan Gurbanov (11-Rauf Aliyev 81),, 13-Dmitri Nazarov (6-Rashad A. Sadygov 70),, 14-Rashad F. Sadygov, 19-Rahid Amirguliyev, 20-Javid Taghiyev, 21-Arif Dashdemirov, 22-Afran Ismayilov (7-Araz Abdullayev 73), - Coach: Robert Prosinecki
    REFEREE: Harald Lechner (Awstrija),
    ASS. REFEREES: Maximilian Kolbtisch, Andreas Staudinger (Awstrija),
    RABA’ UFF: Andreas Heidenreich (Awstrija),
    SKORERS: R. Amirguliyev 36, 80 (A),; M. Mifsud 55, A. Effiong 71 (M),
    AMMONITI: A. Effiong (M),
    ATTENDENZA: 5,266
    Ritratt: Christine Borg

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1