Pulpetti tal-majjal biz-zalza u l-fażola

  • Aww 31, 2015 07:05
  • Miktub minn
"

    Ingredjenti:

    Għall-pulpetti:

    500g kapuljat tal-majjal frisk

    kuċċarina bużbież, imfarrak

    kuċċarina kosbor, imfarrak

    kikkra u nofs ħafur

    kuċċarina paprika

    mgħarfa tursin imqatta' fin

    melħ u bżar

    bajda mħabbta

    Għaz-zalza:

    kilo tadam, imqatta'

    basla

    sinna tewm kbira jew 4 żgħar

    kuċċarina żejt taż-żebbuġa

    kuċċarina ħwawar imħallta nexfin

    1/4 ta' kuċċarina trab tal-bżar aħmar (ħallih barra jekk ma tħobbx ikel pikkanti),

    250ml inbid aħmar

    melħ u bżar

    tursin biex iżżejjen

    200 g fażola (haricot jew navy, legumi msajra jew tal-bott),

    2 werqiet randa

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 200°C. Għaqqad l-ingredjenti kollha flimkien imma uża biss nofs kikkra mill-ħafur. Ifforma pulpetti żgħar. Ferrex il-bqija tal-ħafur fuq wiċċ ta' mejda nadifa u rembel il-pulpetti fuqu. Poġġi l-pulpetti fuq dixx tal-ħami miksi bil-kartaforn. Aħmi għal nofs siegħa.

    Għaz-zalza:

    Saħħan iż-żejt fuq nar moderat u żid l-ingredjenti kollha flimkien mingħajr l-inbid. Sajjar għal ftit minuti, imbagħad żid l-inbid, u sajjar għal nofs siegħa fuq sħana baxxa sakemm il-basla tirtab. Tħallix iz-zalza tinxef u żid ftit ilma jekk ikun hemm bżonn. Neħħi minn fuq in-nar u ħallih jibred. Itħan iz-zalza billi tuża hand blender. Erġa' saħħanha. Żid il-fażola u warrab ftit biex iżżejjen id-dixx. Żid il-pulpetti. Żejjen bil-bqija tal-fażola u t-tursin. Servi.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0