Luċerto tal-majjal fil-forn

  • Aww 25, 2015 15:50
  • Miktub minn
"

    (Għal kull kilo majjal għandek bżonn siegħa u nofs fil-forn.),

    Ingredjenti:

    biċċa laħam sħiħa luċerto tal-majjal ta' Malta

    tazza nbid

    ftit kosbor

    2 mgħaref mustarda

    klin

    bżar mitħun u melħ jekk trid

    nofs kilo patata mqattgħa

    basla mqattgħa

    2 sinniet tewm maħkuka

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal temperatura ta' 180°C. Idlek il-laħam biż-żejt taż-żebbuġa, ftit melħ u bżar u l-mustarda. Ferrex il-klin frisk u ż-żerriegħa tal-kosbor. Idlek id-dixx tal-forn biż-żejt taż-żebbuġa. Ferrex il-patata u l-basla fil-qiegħ flimkien mat-tewm maħkuk.

    Qiegħed il-laħam ġod-dixx. Għatti bit-tin foil u sajjar għal siegħa. Neħħi mill-forn u aqla' t-tin foil. Dellek bi ftit ieħor mustarda u klin. Sajjar fil-forn għal siegħa u nofs oħra.

    Ħalli l-laħam jistrieħ għal 10 minuti qabel ma sservi.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0