Torta tal-ħaxix u l-irkotta bla għaġina

  • Aww 25, 2015 15:25
  • Miktub minn
"

    Ingredjenti:

    500g qarabagħli

    nofs brokkla mqattgħa

    100g spinaci

    2 basliet

    4 sinniet tewm

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    8 bajdiet

    50 ml ħalib

    200g irkotta

    100 g ġobon maħkuk

    ftit ħwawar friski mqattgħin, bħal ħabaq jew nagħniegħ

    nofs kuċċarina paprika ffumigata

    ftit melħ u bżar

    Metodu:

    Aħsel il-qarabagħli u l-brokkoli u qattgħu rqiq; poġġih ġo dixx flimkien ma' mgħarfa żejt taż-żebbuġa u poġġi fil-forn temperatura ta’ 200°C għal madwar 10 minuti. Neħħi mill-forn u ħawwad.

    Sajjar l-ispinaċi ħafif. Qaxxar u qatta’ l-basal u t-tewm irqiq u qalli f’mgħarfa żejt taż-żebbuġa flimkien mal-ħwawar. Żid il-qarabagħli u l-brokkoli. Ħalli t-taħlita tibred ftit. Żid l-irkotta u ħawwad mal-ħaxix.

    Ħawwad flimkien il-bajd, il-ħalib u l-ġobon maħkuk. Żid l-ingredjenti l-oħra u l-ispinaċi. Ħawwad.

    Idlek dixx tal-forn bi ftit żejt taż-żebbuġa u ferrex it-taħlita fih. Sajjar f'temperatura ta’ 150°C għal madwar 25 minuta.

    Din tista' tittiekel sħuna jew kiesħa.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    3