Berquq karamelizzat

  • Aww 25, 2015 15:19
  • Miktub minn
"

    Ingredjenti:

    10 berquqiet (aqsamhom min-nofs u neħħi l-għadma),

    4 mgħaref għasel

    mgħarfa żejt taż-żebbuġa

    2 mgħaref Amaretto

    25g lewż imqatta' flakes

    200ml krema friska

    kuċċarina icing sugar jew stevia

    ftit qtar essenza tal-lewż

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 220 grad Celcius. Saħħan l-għasel. Żid mgharfa żejt taż-żebbuġa, l- essenza tal-lewż u mgħarfa Amaretto.

    Iksi dixx bil-kartaforn. Idlek il-kartaforn biż-żejt taż-żebbuġa, imbagħad ferra' nofs it-taħlita tal-għasel fuqha. Poġġi l-berquq ħdejn xulxin wiċċhom 'l isfel. Sajjar għal 5 minuti. Ferra' t-taħlita tal-għasel li baqa' fil-wiċċ. Sajjar għal bejn 5 u 10 minuti aktar sakemm il-wiċċ tal-berquq jiġi karamelizzat.

    Waqt li l-berquq ikun qiegħed isir, ħabbat il-krema bl-icing sugar jew stevia sakemm tibbies. Żid ftit essenza tal-lewż u mgħarfa Amaretto. Ferrex ftit lewż fuq il-berquq u servi bil-krema. Tista' sservi wkoll mal-ġelat.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0