Champions League Play-Offs: Manchester United b'ċans tajjeb li jgħaddu

  • Aww 25, 2015 06:53
  • Miktub minn
"

    Hekk kif illum jintlagħab it-tieni leg tal-Play-Offs tal-UEFA Champions League, m’hemmx dubju li l-attenzjoni fost oħrajn se tkun mixħuta fuq il-Jan Breydelstadion fil-belt ta’ Bruges, fil-Belġju, fejn hemmhekk Club Brugges se jospitaw lil Manchester United, fejn jimmiraw li jagħtu l-massimu tagħhom biex jirreġistraw is-sorpriża tal-ġurnata.

    Madankollu, meta wieħed iqis ir-riżultat tajjeb fir-rebħa ta’ 3-1 li t-team immexxi minn Louis van Gaal irnexxielu jikseb kon­tra l-istess Belġjani ma­tul il-ġimgħa li għaddiet, m’hemmx dubju li t-team minn Old Trafford għandu ċans tajjeb li jagħmilha għall-Fażi tal-Gruppi ta’ din il-kompetizzjoni.

    Partiti oħrajn li jispikkaw illum u għada, speċjalment meta wieħed jikkunsidra r-riżultati tal-ewwel leg, huma dawk bejn Leverkusen u Lazio, Malmo u Celtic, u Monaco u Valencia.

    Club Brugge v Man Utd - Manchester United imorru għand Club Brugge f’partita li hija meqjusa de­likata.

    Dan minkejja li r-Red Devils jieħdu magħhom vantaġġ komdu ta’ 3-1 li kisbu, f’Old Tafford, matul il-ġimgħa li għaddiet fejn it-tielet goal wasal proprju fil-ħin miżjud minn daqqa ta’ ras ta’ Marouane Fel­laini.

    Jekk wieħed iħares lejn ir-rekord tar-Red Devils matul l-aħħar żewġ par­titi, barra minn darhom fil-UEFA Champions League, isib li sfaw megħluba Olympiakos (2-0), u Bayern Munich (3-1), rispettiva­ment.

    Barra minn hekk f’dawn l-aħħar seba’ partiti li lagħbu barra minn darhom ta’ din l-istess kompetiz­zjoni, il-United rebħu par­tita waħda biss, sofrew tliet telfiet filwaqt li t-tliet parti­ti l-oħrajn spiċċaw fi draw.

    U minkejja li bħalissa għandhom seba’ punti minn massimu ta’ disgħa, fil-Kampjonat Ingliż, Man­chester United qed jiġu kkritikati minħabba n-nuqqas ta’ goals hekk kif minn tliet logħbiet skorjaw biss tnejn.

    Għaldaqstant, huwa fatt evidenti li r-Red Devils jinħtiġielhom li jakkwistaw attakkant ta’ kwalità ... meta fadal biss ftit jiem biex jiġi fi tmiemu s-suq tat-trasferimenti.

    Għal dan il-konfornt, Club Brugge se jkollhom lid-difensur Brandon Mechele sospiż li tkeċċa fl-ew­wel leg, f’Old Trafford.

    Leverkusen v Lazio - Lazio se jibdew b’rebħa minima ta’ 1-0 għand Bay­er Leverksuen.

    Madankollu, jekk wieħed jagħti ħarsa lejn il-qawwa tat-tim Ġermaniż, m’hemmx dubju li t-team mill-belt kapitali Taljana ma jrid bl-ebda mod iserraħ rasu minn dan ir-riżultat.

    Il-coach ta’ Lazio Stefano Pioli se jkollu biċċa uġigħ ta’ ras għall-fatt li t-tliet players li jifformaw parti min-nukleu ta’ dan it-team, jiġifieri l-goalkeeper Fed­erico Marchetti, u ż-żewġ attakkanti - il-Ġermaniż Miroslav Klose u s-Serb Filip Djordjevic mhumiex f’sikkithom għal kollox u għalhekk jinsabu dubjużi għal-logħba ta’ għada.

    Malmo v Celtic - Matul il-ġimgħa li għaddiet, Mal­mo irnexxielhom jiskorjaw goal drammatiku fil-ħin miżjud permezz ta’ Jo Inge Beget, li proprju kien qed isib ix-xibka kontra l-ex team tiegħu, Celtic.

    Huwa minnu li l-Isvediżi ħarġu fuq in-naħa telliefa, hekk kif sofrew telfa ta’ 3-2, iżda dan il-goal fil-ħin miżjud jista’ jkun fun­damentali għall-Isvediżi, hekk kif huma jinħtieġu biss rebħa minima ta’ 1-0 biex jaċċertaw ruħhom minn post fil-Fażi tal-Grup­pi ta’ din il-kompetizzjoni.

    Din il-kwalifikazzjoni ta’ FC Malmo tista’ tkun ak­tar possibbli jekk wieħed jagħti ħarsa lejn ir-record mill-aqwa li t-team Svediż għandu kull meta jilgħab logħob f’kompetizzjonijiet Ewropej ġewwa daru.

    Ta’ min jgħid li minn Awwissu tal-2011 meta FC Malmo kienu ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 mir-rivali kbar ta’ Celtic fl-Iskozja, Rangers, huma ma sofrewx goals u ma tilfu l-ebda logħba.

    Dan hekk kif huma rebħu sitt logħbiet u ġew draw fit-tlieta l-oħra.

    Monaco v Valencia - Va­lencia se jkunu qed iżuru l-Istade Louis ta’ Monaco wara 11-il sena. Dan hekk kif lura fl-2004 huma kienu rebħu l-UEFA Super Cup.

    Fl-ewwel leg kienu Va­lencia li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1, u għalhekk illum il-Ġermaniżi iridu jagħtu l-massimu tagħhom jekk iridu jassiguraw li jiksbu l-kwalifkazzjoni għall-fażi tal-gruppi.

    Ġewwa darhom fi Stade Louis II, Monaco għandhom rekord impressjonanti hekk kif tilfu logħba waħda biss mill-aħħar 11-il logħba li kienu nvoluti fiha fuq livell Ewropew.

    Min-naħa l-oħra Valen­cia, immexxija mill-coach Portugiż, Nuno Espirito Santo, u li fuq il-karta huma superjuri għal Monaco, tilfu l-aħħar żewġ logħbiet barra minn darhom fl-Ewropa, iżda qatt ma tilfu konfront b’aggregate score validu fuq żewġ legs meta kienu qed jilagħbu f’logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League.

    Bastian Schweinsteiger fl-azzjoni għal Manchester United kontra Newcastle United

    Il-programm kollu:

    ILLUM

    Maccabi Tel-Aviv (Iżrael), v FC Basle (Svizzera), ..............(2-2),

    Malmo (Svezja), v Celtic (Skozja), .......................................(2-3),

    Dinamo Zagreb (Kroazja), v Skenderbeu (Albanija), ........(2-1),

    Monaco (Franza), v Valencia (Spanja), ...............................(1-3),

    Shakhtar D. (Ukrajna), v Rapid Vienna (Awstrija), ...........(1-0),

    GĦADA

    Club Brugge (Belġju), v Manchester Utd (Ingilterra), ......(1-3),

    CSKA Moscow (Russja), v Sporting Lisbon (Portugall),...(2-1),

    FK Partisan (Serbja), v BATE Borisov (Belarus), ................(0-1),

    Bayer Leverkusen (Ġermanja), v Lazio (Italja), .................(0-1),

    APOEL (Ċipru), v Astana (Kazakhstan), ............................(0-1),

    * Ir-riżultati fil-parentesi huma tal-Ewwel Leg

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0