Pulpetti tal-bakkaljaw

  • Aww 24, 2015 06:45
  • Miktub minn
"

    Din hija riċetta oħra tan-nanna tiegħi. Kont nisma' lil missieri jitkellem ukoll dwar il-bejjiegħa tat-triq li kienu jiġu fl-irħula bil-karrettuni b'dawn il-fritturi tal-bakkaljaw u l-bigilla. Il-melħ kien metodu rħis biex jippreservaw il-ħut fi żminijiet meta mhux kulħadd kellu frigg. Tista' ssib riċetti li jużaw baking powder għall-fritturi. In-nanna kienet tuża l-ħmira. Servi ma' insalata sempliċi.

    Ingredjenti:

    1kg bakkaljaw

    żejt veġetali għall-qali

    500ml ilma

    500g dqiq

    10g ħmira niexfa

    niskata melħ

    oregano niexef u nagħniegħ frisk

    Metodu:

    Xarrab il-bakkaljaw matul il-lejl. Biddel l-ilma u laħlaħ darbtejn. Għalli l-bakkaljaw sakemm jirtab; neħħi l-ilma u l-għadam. Ħallat il-ħmira mad-dqiq u l-ingredjenti xotti. Żid l-ilma fietel u ħalli t-taħlita tistrieħ siegħa. Poġġi l-biċċiet tal-bakkaljaw fit-taħlita u aqli sakemm minn barra jsir dak il-lewn dehbi. Ħalli l-pulpetti joqogħodu għal ħames minuti qabel ma sservi.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0