Kejk tal-coconut bla xaħmijiet miżjuda

  • Aww 21, 2015 07:24
  • Miktub minn
"

    Ingredjenti:

    200g zokkor jew ammont ekwivalenti ta' stevia

    150g dqiq self-raising, mgħarbul

    kuċċarina bikarbonat

    1/2 kuċċarina baking powder

    120ml yoghurt

    150g coconut

    4 bajdiet

    2 mgħaref qoxra taċ-ċitru mħallat (larinġ u lumi),

    meraq ta' larinġa

    200ml ħalib tal-coconut

    ftit coconut flakes

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal temperatura ta’ 160°C. Uża dixx ta' 23 ċm u idilku bil-butir. Poġġi l-ingredjenti nexfin fi skutella kbira u ħawwadhom flimkien. Poġġi l-ingredjenti likwidi ġo skutella oħra u ħabbathom flimkien. Ħawwad l-ingredjenti nexfin mal-likwidi bil-mod (fold-in),. Tħawwadx ħafna. Ferrex il-coconut flakes fil-wiċċ. Ferra' t-taħlita fid-dixx li ppreparajt u aħmi għal 40 minuta.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0