Bil-filmat: L-ikbar investiment barrani li qatt rat Marsaskala - is-sindku Mario Calleja

  • Aww 21, 2015 06:58
  • Miktub minn

    Fi stqarrija, is-sindku ta' Marsaskala qal li t-tħabbira tal-Prim Ministru li l-parti l-kbira tal-American University of Malta se tkun f’Marsaskala, u f’inqas art barra ż-żona ta’ żvilupp, qed tintlaqa’ tajjeb ħafna mill-komunità ta’ Marsaskala.

    "Gvern li jisma’, jiddjaloga, u fuq kollox jiddeċiedi. Gvern li sema' lil kull min kellu xi suġġerimenti," qal is-sindku filwaqt li żied jgħid li d-deċiżjoni li tħabbret ilbieraħ hija waħda sostenibbli għal-lokal ta' Marsaskala.
    Fl-istqarrija ntqal ukoll li dan l-ikbar investiment barrani li qatt rat Marsaskala, b’introjtu finanzjarju fis-sena, żgur ser iħalli impatt pożittiv fuq l-ekonomija Maltija specjalment dik tan-naħa ta’ isfel ta' Malta. Investiment ta’ dan it-tip ilu jinhass bżonnu f’Marsaskala għal hafna żmien Fuq kollox, hekk kif ġie diskuss, ser isir mingħajr ma tittieħed il-kosta, mingħajr ostakolu lir-residenti li jabitaw in-naħa ta' fuq taż-Żonqor u ma ttiħdux għelieqi produttivi u allura bl-anqas impatt ambjentali possibbli.
    Il-komunità ta’ Maraskala tħares ‘il quddiem għat-twettiq fil-prattika ta’ dan il-proġett, temm jgħid is-sindku.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 6

  •  
    anonimu
    Aww 21, 2015

    Jien naqbel mal-progett tal-Universita' Amerikana li jsir kollu fin-naha t'Isfel ta' Malta, li ma naqbilx min jipprova jirkeb bhas-Sindku ta' Marsaskala, Mario Calleja......

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 21, 2015

    Sur Calleja mhux ahjar taqdi d-dmirijiet tieghek bhala s-Sindku ta' Marsaskala u taghti tindifa lil-lokalita' specjalment it-t

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 21, 2015

    X'differenza minn art mitluqa ghal pjanta u investiment f'Marsaskala. Prosit Prim inti tal-kelma tisma lill-kullhadd imma decizjoni tohoda. Idea brillanti tal-universita f'Bormla flok dik it telqa lill hemm fejn id-dock.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 21, 2015

    Prosit lis-Sindku ta M'scala s-sur Mario Calleja

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 21, 2015

    Prosit il-Prim Joseph Muscat li kapaci jiehu decizjonijiet f'kawlunkwe okkazjoni. Insvestiment li ser gawdi Malta u Ghawdex. Biss, Marlene Farrugia qieghedha " on the wrong side of the fence" u tippretendi li kapaci taghmel xi hoss.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 21, 2015

    Skorfina jiddispjacini nghid li nahseb tlift wahda..... Tista’ tghidilna din il-hidma siwja tas-Sindku Mario Calleja fejn tinsab f’Marsaskala, hlief hmieg ma kullimkien ma tarax. U x’inghidu ghat-toroq hafna minnhom fejn j

    Irrispondi