Illum jibda l-Kampjonat Premier: Konfront bejn Hibernians u Balzan FC

  • Aww 21, 2015 06:36
  • Miktub minn
"

    Illum jitla’ is-siparju fuq il-Kampjonat BOV Premier għall-istaġun 2015/16 bi programm ta’ erba’ partiti.

    Madankollu m’hemmx dubju li l-aktar logħba li tispikka se tkun dik bejn Bal­zan u ċ-champions Hiber­nians li se tintlagħab għada, fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, liema konfront jibda fit-8.30 pm.

    Balzan v Hibernians - Dan jista’ jitqies bħala kon­front tal-ġimgħa, fejn iċ-champions Hibernians se jibdew jiddefendu t-titlu li rebħu f’Mejju li għadda, kontra Balzan - team li għandu aspirazzjonijiet kbar għall-ġejjieni u li matul l-istaġun li għadda kien it-team rivelazzjoni hekk ikkwalifika għall-ewwel darba fil-kompetizzjonijiet Ewropej.

    Dan grazzi għall-investiment li sar mill-president, Anton Tagliaferro, fejn fost oħrajn akkwista lill-player internazzjonali Ryan Fenech mingħand Valletta u lill-goalkeeper Taljan Valerio Senatore mingħand Floriana.

    Dawn żdiedu ma’ players formidabbli oħra li għandhom Balzan fosthom Bojan Kaljevic u Steve Bezzina u għaldaqstant wieħed ma jridx jinsa li t-team immexxi mill-coach Oliver Spiteri tilef is-servizzi taż-żewġ at­takkanti, il-Kolumbjan Os­car Dario Guerrero u t-Taljan Gianmarco Piccioni.

    Min-naħa l-oħra ftit li xejn hemm xi tgħid fuq Hiber­nians ħlief li huma għandhom l-iskwadra li kulħadd irid jegħleb fejn issaħħew ukoll bl-akkwisti taż-żewġ Brażiljani, Gilmar u Jorge Santos Silva, mingħand Naxxar Lions.

    Birkirkara v Naxxar L. - Wara l-kampanja akkwisti mill-aktar attraenti li kellhom Birkirkara f’dawn l-aħħar ġimgħat, fosthom dak tal-player Taljan Fab­rizio Miccoli, l-Istripes flim­kien ma’ Hibernians qed jiġu kkunsidrati bħala l-isfi­danti ewlenin għar-rebħ tal-kampjonat.

    Matul dan l-istaġun, huma se jkunu mmexxija minn Giovanni Tedesco li ħa t-tmexxija tat-team mingħand Paul Zammit. Illum, il-Karkariżi se jaffrontaw lil Naxxar Lions - team fuq il-karta jidher inferjuri, li iżda, jista’ jagħti sfida denja lill-Istripes. Huma se jkunu mmexxija minn Stefan Grima bl-ewwel esperjenza tiegħu fl-ogħla diviżjoni.

    St Andrew’s v Valletta - F’dan il-konfront, Valletta jibdew bħala l-favoriti kon­tra t-team promoss (wara nuqqas ta’ 21 sena), St An­drew’s.

    Minkejja li Valletta żammew profil baxx tul dan is-sajf, għamlu numru ta’ akkwisti li jafu jagħmlu d-differenza dan l-istaġun..

    Fost dawn hemm iż-żewġ akkwisti barranin - in-Niġerjan Njongo Priso u l-Bra­ziljan Jhonnattann Benites Da Conceicao.

    Min-naħa l-oħra, it-team ta’ St Andrews huwa wieħed kompost minn diversi ele­menti żgħażagħ immexxija mill-coach Wayne Attard li għandu esperjenza wiesa’ miċ-Ċentru Tekniku tal-MFA.

    Sliema W. v Tarxien R. - Wara d-diżappunt tal-istaġun li għadda, Sliema Wan­derers jittamaw li dan ikun wieħed pożittiv għalihom fejn għal darb’oħra se jkunu mmexxija mill-coach Stephen Azzopardi.

    Għalkemm huma kienu pjuttost kwieti fil-kampanja tat-trasfserimenti, huma diġá jippossjedu nukleu sod b’diversi players ta’ esper­jenza fil-football lokali.

    Dan ġie muri biċ-ċar f’numru ta’ logħbiet ta’ ħbiberija li lagħbu tul dan is-sajf fosthom fil-Frienship Summer Tournament, or­ganizzat minn St Andrew’s fejn kien biss fil-finali li huma tilfu bl-iskor ta’ 2-0 kontra Valletta.

    Huma se jilagħbu kontra Tarxien Rainbows li għamlu numru ta’ akkwisti barranin li jidhru li se jkunu vitali fil-pjani tal-coach il-ġdid, Jacques Scerri, li għalih se tkun ukoll l-ewwel esperjenza fl-ogħla diviżjoni.

    Floriana v Mosta - Matul dan is-sajf, Floriana irreġistraw rekord tal-club meta neħħew xejn inqas minn 12-il player, u fost dawk l-aktar li bbrillaw kienu l-Brażiljani Igor Coronado u Emerson Marcelina, is-Sloven Vito Plut, u t-Taljan Matteo Piciollo li kienu wkoll in-nuk­leu tat-team.

    Għaldaqstant, Floriana se jkunu taħt il-mikroskopju meta jridu jiġġustifikaw l-akkwisti l-ġodda li għamlu li jridu bilfors jieħdu ż-żmien biex jissetiljaw fl-ambjent Malti.

    Il-Greens se jaffrontaw lil Mosta li se jkunu mmexxija mill-coach il-ġdid u ex Val­letta, Ivan Zammit.

    Mingħajr l-ebda dubju, huma jkunu qed jimmiraw li jkollhom staġun aħjar minn dak diżastruż li kellhom matul l-istaġun li għadda.

    Huma ngaġġaw ukoll lill-ex player ta’ Ajax u Bar­celona, Tijani Babangida bħala Direttur Tekniku ġdid, li bil-kuntatti li għandu fin-Niġerja ġab f’Malta lil num­ru ta’ players Niġerjani li se jkunu qed jilbsu l-flokk tal-Blues matul dan l-istaġun.

    Qormi v Pembroke A. - Qormi qegħdin jaffrontaw problemi finanzjarji konsiderevoli, u sa issa għadhom mingħajr president wara li fil-ġimgħat li għaddew irriżenja Redino Apap minn din il-kariga

    Għat-tielet darba, huma se jkunu mmexxija mill-coach Jesmond Zerafa li għand esperjenza kbira f’dan il-livell tal-ogħla diviżjoni.

    Huma se jilagħbu kontra Pembroke Athleta li din hija l-ewwel esperjenza tagħhom fil-Kampjonat Premier.

    L-istess team tilef is-servizzi tal-captain Roderick Bajada li segwa l-passi tal-coach Jacques Scerri u ngħaqad ma’ Tarxien Rain­bows, iżda akkwistaw s-servizzi ta’ diversi players interessanti fosthom dawk ta’ Gustavo Villalobos u ta’ Paltemio Barbetti.

    Il-Programm Kollu

    Illum

    Hibernians Stadium

    6.30 pm: Birkirkara v Naxxar L.

    8.30 pm: Sliema W. v Tarxien R.

    Victor Tedesco Stadium

    6.30 pm: Qormi v Pembroke A.

    8.45 pm: St Andrew’s v Valletta

    Għada

    National Stadium

    6.30 pm: Floriana v Mosta

    8.30 pm: Balzan v Hibernians

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0