Għaġin sajfi bit-tonn taż-żejt

  • Aww 20, 2015 07:10
  • Miktub minn
"

    Ingredjenti:

    basla mqattgħa

    4 sinniet tewm, maħkukin

    mgħarfa żejt taż-żebbuġa

    6 tadamiet kbar misjurin jew 500g tadam tal-bott

    2 mgħaref kunserva

    tazza nbid abjad

    3 mgħaref kappar

    12-il żebbuġa sewda, imqattgħin

    mgħarfa nagħniegħ frisk

    kuċċarina riegnu mnixxef

    tursin biex iżżejjen

    nofs kuċċarina qoxra ta' lumija maħkuka

    250g tonn taż-żejt

    melħ u bżar jekk tixtieq

    500g għaġin linguine (sajjar skont l-istruzzjonijiet fuq il-pakkett),

    Metodu:

    Ġo borma sajjar il-basla u t-tewm fiż-żejt taż-żebbuġa sakemm il-basla ssir, xi 10 minuti fuq sħana baxxa. Żid it-tadam u l-inbid u ġibu jagħli. Jekk ikun meħtieġ żid ftit ilma sabiex iżżommu konsistenza tajba. Baxxi s-sħana, żid il-kunserva u ħalli l-borma ttektek għal 10 minuti. Żid il-nagħniegħ u r-riegnu u sajjar għal 10 minuti oħra, dejjem fuq sħana baxxa. Żid il-melħ u bżar jekk meħtieġ u finalment żid il-żebbuġ, it-tonn taż-żejt, il-qoxra tal-lumija u l-kappar.

    Ħallat mal-għaġin imsajjar. Ħalli t-taħlita tistrieħ għal 5 minuti sabiex iz-zalza tidħol sew fl-għaġin, imbagħad servi mal-ġobon maħkuk jekk tiggostah.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0