Bouncer illegali ħati li kkawża ġrieħi gravi fuq turist

  • Aww 19, 2015 15:14
  • Miktub minn

    Raġel Bulgaru, li kien qed jaħdem bħala bouncer illegalment, ilbieraħ kien ikkundannat sitt xhur ħabs, li ġew sospiżi għal sentejn, wara li wieġeb ħati li kkaġuna ġrieħi gravi lil turist kien qed jaqdi l-bżonnijiet tiegħu fil-pubbliku.

    Stanislav Stoyanov ta' 23 sena, li joqgħod f'San Ġljan, wieġeb ħati li kkaġuna ġrieħi lil Matteo Boldrin għall-ħabta tal-4.00 a.m nhar it-12 ta' Awwissu li għadda.

    Fil-Qorti ħareġ kif il-bouncer mar iwaqqaf lil Boldrin u lil ħabib tiegħu li kienu qed jaqdu l-bżonnijiet tiegħu fit-triq. Waqt il-ġlieda Boldrin sofra ġrieħi gravi f'wiċċu.

    Quddiem il-Maġistrat Vella, Stoyanov wieġeb ħati għal diversi akkużi, fosthom li ddistruba l-paċi pubblka. Huwa kien ikkundannat sitt xhur ħabs li ġew sospiżi għal sentejn.

    Apparti hekk, huwa ġie mmultat is-somma ta' €500 wara li wieġeb ħati li ħadem bħala bouncer mingħajr liċenzja maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija.

    L-inċident huwa marbut mal-istess wieħed, li wassal għal arrest ta' Kap Eżekuttiv ta' kumpaniji ta' servizzi finanzjarji matul il-ġimgħa li għaddiet. L-Irlandiż Justin Caffrey ta' 40 sena, ġie mixli li rreżita lill-Pulizija u li intervjena fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.

    L-Avukati tiegħu Giannella de Marco u George Hyzler, qalu lill-Qorti li Caffrey ġie arrestat wara li ġibed l-attenzjoni tal-Pulizija meta kien hemm bouncer li kien qiegħed isawwat tifel. Sostnew li minflok ħadu azzjoni, il-Pulizija baqgħu mexjin. Iżda peress li huwa baqgħa jimxi wara l-Pulizija u taptilhom fuq spallejhom, spiċċa arrestat.

    Il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera ordnat biex l-imputat jiġi rilaxxat wara l-Qorti qalet li l-arrest kien illegali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Aww 19, 2015

    Il Bouncer ittella l-qorti

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 19, 2015

    allura meta tkun qed taqdi il bzonnijiet tieghek fit triq mhux qed tikser il ligi ukoll ghallura dawk li kienu qed jaghmlu hekk sa jitresqu quddiem il qorti?

    Irrispondi