Olandiż mixli li attakka l-pudur ta’ tfajla estradit

  • Aww 19, 2015 14:48
  • Miktub minn

    Olandiż, li fil-preżent jinsab għaddej proċeduri kriminali f'Malta dwar allegat attakk fuq il-pudur ta' tfajla, ilbieraħ ta l-kunsens tiegħu biex jiġi estradit lejn l-Olanda, biex iservi sentenza fuq serq u estorsjoni.

    Biondy Clayd Raafenberg ta' 25 sena, li jaħdem bħala waiter li iżda jgħix fil-Belt, aċċetta fil-Qorti li huwa persuna li jinsab imfittex mill-awtoritajiet Olandiżi. Għaldaqstant huwa aċċetta l-estradizzjoni biex jaffaċċja l-ġustizzja hemm hekk.

    Min-naħa tagħha, il-Maġistrat Gabriella Vella qalet lil Raafenberg li huwa se jkollu jibqa f'Malta sakemm il-proċeduri f'pajjiżna b'rabta mal-każ l-ieħor jiġu konklużi.

    L-Ispettur Mario Cuschieri qal lill-Qorti li Raafenberg ġie arrestat nahr it-Tlieta. Huwa kellu jmur l-Għassa tal-Puliżija fil-Belt, fejn huwa kellu jiffirma l-bail book b'konnessjoni ma' każijiet pendenti kriminali. Madankollu huwa ma marx jiffirma.

    L-inkjesta tal-Pulizija dwar fejn kien, wassluhom f'restaurant li jinsab fi Triq Old Theatre fil-Belt, fejn huwa kien jaħdem bħala waiter.

    Raafenber apoloġiżża li kiser waħda mill-kundizzjonijet tal-ħelsien mill-arrest. Wara li kkonsidrat li din kienet l-ewwel darba li kiser il-kundizzjoni tal-Qorti, il-Maġistrat Vella immultatu is-somma ta' €150.

    Huwa inżamm arrestat sakemm jiġi estradit. Huwa se jgħaddi proċeduri ma' attakk fuq il-pudur fuq tfajla, liema każ seħħ f'Paceville nhar is-16 Ottubru tas-sena l-oħra. F'dak iż-żmien, l-imputat kien jaħdem ma' kumpanija tal-igaming f'Malta. F'dawk il-proċeduri huwa wieġeb mhux ħati li ikkommetta dan l-att fuq tfjaal ta' 18-il sena. Huwa wieġeb mhux ħati wkoll li ħarab mill-kustodja tal-Pulizija, li rreżista lill-Pulizija fl-Għassa ta' San Ġiljan u li kkaġuna ħsarat fl-uniformi tal-Pulizija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Aww 19, 2015

    Benefiċċju ieħor tal-moviment ħieles tal-Unjoni Ewropea

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 19, 2015

    Hudu pjacir bl-irmixk li qed jigi mid-dinja kollha minhabba l-unjoni ewropea

    Irrispondi