Ruġġata

  • Aww 19, 2015 06:40
  • Miktub minn
"

    Ingredenti:

    

2 litri ilma

    
6 imsiemer tal-qronfol sħaħ


    il-meraq ta' nofs lumija


    il-qoxra ta' nofs lumija

    kuċċarina essenza tal-vanilla

    
2 kuċċarini essenza tal-lewż


    zokk tal-kannella


    1kg zokkor jew stevia



    biex isservi, mgħarfa ħalib tal-bott għal kull tazza

    Metodu

    

Ġo borma ħallat iz-zokkor u l-ilma u ġibhom jagħlu. Żid il-kannella, l-imsiemer tal-qronfol, il-qoxra tal-lumija u l-essenza tal-lewż u l-vanilla. Ħalli l-borma ttektek għal 15-il minuta. Neħħi minn fuq in-nar u ħalli t-taħlita tiksaħ kompletament. 

Għaddi minn ġo passatur u aħżen ġo flixkun jew vażett fil-friġġ.

    

Biex isservi, poġġi s-silġ ġo tazza, ferra' ftit ruġġata, żid mgħarfa ħalib tal-bott għal kull tazza, żid l-ilma sakemm timla t-tazza u servi.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0