Inħobbok ma nħobbokx, inħobbok ma nħobbokx...

  • Lul 13, 2012 10:21
  • Miktub minn
"

    Hija din ir-relazzjoni ta’ Wayne Hewitt mal-Partit Nazzjonalista, preċiżament bħal dik il-logħba bil-fjura Margerita li jilagħbu l-adoloxxenti… inħobbok, ma nħobbokx, inħobbok, ma nħobbokx.

    Wara li fl-aħħar elezzjoni ġenerali kritika bil-kbir lill-Partit Nazzjonalista, tant li ngħaqad fil-Partit Azzjoni Nazzjonali, is-sena l-oħra, Hewitt, kien attiv fil-kampanja referendarja għad-divorzju.

    Iżda, wara li fil-kampanja favur id-dritt tad-divorzju xejn ma kellu kliem ħelu għal Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Partit Nazzjonalista kien reġa’ ħasibha u ddikjara li kien lest jikkontesta mal-Partit Nazzjonalista. Għal xhur twal għamel kampanja qawwija favur il-Partit Nazzjonalista u l-Prim Ministru fuq facebook, filwaqt li għal Ħadd wara Ħadd attenda l-laqgħat tal-Prim Ministru fil-każini Nazzjonalisti.

    Iżda, wara li l l-bieraħ ma kienx fost il-lista ta’ kandidati approvati mill-Partit Nazzjonalista Wayne Hewitt kiteb fuq Facebook: “Għal ewwel darba f’ħajti mhux se nivvota f’elezzjoni ġenerali. Bejn partit mimli estremisti reliġjużi, partit soċjalista u partit komunistà żgħir imgeżwer fl-aħdar, ma nagħżel lil ħadd. Se nkun qiegħed nistenna lill-Partit Nazzjonalista proprju biex jiġi lura għall-glorja tiegħu. Partit Nazzjonalista li jġib id-demokrazija qabel ir-reliġjon. “

    Fil-kummenti tiegħu, Hewitt imkien ma’ indika li din id-deċiżjoni setgħet kienet marbuta mal-kandidatura tiegħu, iżda hekk kienet interpretata magħna minn persuni midħla tal-Partit Nazzjonalista.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0