Sponge cake ta' malajr

  • Aww 17, 2015 11:03
  • Miktub minn
"

    Ingredjenti:

    175g dqiq self-raising

    nofs kuċċarina baking powder

    nofs kuċċarina bikarbonat

    4 bajdiet

    175g zokkor

    175g butir, artab ħafna f'temperatura ambjentali

    ½ kuċċarina estratt tal-vanilla

    ½ kuċċarina qoxra ta' lumija maħkuka

    Metodu:

    Kejjel l-ingredjenti preċiżi. Għarbel id-dqiq u ħawwad kollox flimkien. Kulma għandek tagħmel hu li tuża whisk tal-idejn tal-elettriku u tħabbat kollox sakemm ikollok taħlita lixxa. Jekk it-taħlita tidher ftit iebsa, żid mgħarfa jew tnejn ilma u ħawwad.

    Ferra' t-taħlita ġo landa tal-kejkijiet u poġġiha fil-forn għal 35 minuta. Tiftaħx il-bieba tal-forn għall-ewwel 30 minuta. Neħħi mill-forn u wara 5 minuti ħoll it-truf u ħalli l-kejk jiksaħ fuq wire rack.

    Għall-mili uża frott jew krema. Jiena nħobb nuża taħlita ta' krema u yoghurt, nofs u nofs. Tista' wkoll tuża xi ġamm jew custard.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0