Fenek biż-żebbuġ, tadam u kappar

  • Aww 17, 2015 06:57
  • Miktub minn
"

    Ingredjenti:

    basla mqattgħa

    4 sinniet tewm, imqaxxrin u maħkukin

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    fenek imqatta' 'biċċiet

    20 cherry tomatoes maqtugħin f'nofsijiet

    kuċċarina riegnu niexef

    4 tadamiet kbar mgħaffġin, jew polpa

    4 mgħaref żebbug iswed, imqatta'

    2 mgħaref kappar

    kikkra nbid abjad

    kikkra Ilma

    kikkra stokk

    melħ u bżar

    Metodu:

    Sahhan il-forn għal 200 grad Celcius.

    Ġo taġen sajjar il-basal u t-tewm sakemm isiru iżda mhux isiru kannella. Żid il-biċċiet tal-fenek, it-tadam mgħaffeġ jew polpa, l-istokk , l-ilma, ir-riegnu u l-inbid. Sajjar għal madwar 15-il minuta. Poġġi kollox għal f'dixx tal-forn u aħmi għal 40 minuta. Oħroġ id-dixx mill-forn u ħawwad. Fil-wiċċ poġġi ż-żebbuġ, kappar u cherry tomatoes. Daħħal lura fil-forn għal 20 minuta oħra. Ħalli d-dixx jiistrieħ għal 10 minuti qabel isservi .

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0