Għaġin bil-ħarissa

  • Aww 15, 2015 08:27
  • Miktub minn
"

    (Din l-ikla hija tajba biss għal dawk li jħobbi l-ikel pikkanti. Il-ħarissa hija taħlita pikkanti li tista' żżomm ġo vażett fil-friġġ għal ftit ġimgħat. Il-ħarissa toriġina mill-Afrika ta' Fuq, minn dawk il-pajjiżi li jmissu mal-Mediterran bħat-Tuneżija. Il-ħarissa hija tajba wkoll bħala kontorn ma' xi laħmijiet mixwijin jew fuq il-barbikju - dejjem għal dawk biss li jħobbu togħma pikkanti!),

    Ingredjenti:

    5 bżariet ħomor kbar

    mgħarfa dried chili flakes

    ½ kuċċarina żrieragħ tal-kemmun, mixwi u mfarrak

    ½ kuċċarina trab tal-kemmun

    4 sinniet tewm, imqaxxrin u mfarrkin

    1½ mgħaref ħall (idealment cider vinegar),

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    melħ

    nofs kuċċarina qoxra ta' lumija maħkuka

    Metodu:

    Poġġi kollox fi skutella u uża hand blender biex titħan sakemm ikollok konsistenza lixxa. Żid aktar żejt taż-żebbuġa jekk hemm bżonn għal konsistenza aktar kremuża. Poġġi t-taħlita f'vażett nadif, issiġillah u poġġih fil-friġġ.

    Għalli l-għaġin skont kemm għandek bżonn u skont l-istruzzjonijiet fuq il-pakkett.

    Agħmel zalza tat-tadam ħafifa, jiġifieri billi tuża basla, tewma u tadam biss. Żid mgħarfa ħarissa maz-zalza qabel ma sservi l-għaġin.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0