Aġġornat (2),: Jaqleb għal aħjar - Sitta l-isptar wara ħabta fil-Mellieħa

  • Aww 13, 2015 18:31
  • Miktub minn
"

    14 t'Awwissu 18:11 Ftit tal-ħin ilu l-pulizija infurmatna li r-raġel li kien fil-periklu tal-mewt qaleb għall-aħjar u m'għadux fil-periklu tal-mewt.

    08:29: Mill-aħħar dettalji maħruġa mill-pulizija ħareġ li x-xufier tal-vann sofra minn ġrieħi ħfif iżda passiġier Ingliż ta’ 48 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi

    18:51: Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-ħabta seħħet għall-ħabta tal-5.00pm bejn Toyota Coaster, misjuqa minn raġel ta' 36 sena minn Ħaż-Żabbar, u Toyota Aygo, misjuqa minn raġel ta' 25 sena mill-Mellieħa.

    Iż-żewġ sewwieqa kif ukoll erba' passiġġieri Ingliżi li kienu fil-vann ittieħdu l-isptar għall-kura. Il-passiġġieri kienu raġel ta' 48 sena, mara ta' 38, u ż-żewġ uliedhom bniet li għandhom 10 snin u sitt snin rispettivament.

    Il-kundizzjoni medika tagħhom f'dan l-istadju għadha mhix magħrufa.

    Aktar qabel: Sitt persuni ndarbu u ttieħdu l-isptar wara li kienu involuti f'ħabta head-on fil-bypass tal-Mellieħa madwar siegħa ilu.

    Il-ħabta seħħet bejn minibus u karozza tat-tip Toyota Aygo.

    Aktar tagħrif malli jaslilna.

    Ritratt: Ray Mizzi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0