GO tirreġistra titjib ta’ 41% fil-qligħ għall-ewwel nofs tal-2015

  • Aww 11, 2015 11:12
  • Miktub minn
"

    Matul il-perjodu ta’ sitt xhur li għalaq fit-30 ta’ Ġnju li għadda, il-kumpanija GO żiedet il-qligħ operattiv tagħha b’€4 miljun għal €13.7 miljun, li jammonta għal żieda ta' 41.4% meta mqabbel mal-istess perjodu fis-sena 2014. Dan it-titjib fil-profittabilità nkiseb minħabba dħul stabbli ta’ €60.7 miljun (2014: €60.8 miljun), u titjib fl-immaniġjar tal-ispejjeż.

    Matul l-ewwel nofs tas-sena, GO kompliet tesperjenza tkabbir f’għadd ta’ oqsma, b’mod partikolari fis-servizzi tal-mowbajl u fin-negozju tagħha tad-data centre. Id-dħul mir-retail kompla jkun pożittiv, minħabba d-domanda qawwija għall-prodotti ta’ Limitless mobile u Limitless Homepack. Dan kompla jssaħħaħ il-bażi tal-klijentela ta’ GO li bħalissa taqbeż 500,000 konnessjoni. Dawn l-iżviluppi pożittivi kkumpensaw għal tnaqqis fil-wholesale revenues, konsegwenza diretta ta’ deċiżjonijiet regolatorji. Id-dħul mis-servizz tradizzjonali ta’ fixed-voice ukoll kompla jonqos.

    Yiannos Michaelides, il-Kap Eżekuttiv ta’ GO qal “Ir-riżultati impressjonanti li ksibna għall-ewwel nofs ta’ din is-sena jkomplu jagħtuna l-kunfidenza li l-istrateġija li GO qed twettaq hi waħda tajba. L-abbiltà tagħna li nissodisfaw il-ħtiġijiet kollha tat-telekomunikazzjoni, kemm tal-klijenti personali u l-familji kif ukoll tan-negozji, tibqa’ fil-qofol tas-suċċess tagħna. L-offerta ċara tagħna Limitless, li komplejna nsaħħu matul l-2015, se tibqa' popolari u tistimula aktar tkabbir. Fl-istess waqt, iktar tard din is-sena GO se tniedi s-servizz 4G u tkompli tinvesti fil-Fibre-To-The-Home, biex tkompli ttejjeb il-pożizzjoni tagħha bħala 4P player ewlieni f’Malta. Barra minn hekk, GO se tkun qed tkompli tinvesti fin-negozju tad-data centre. Dan kollu, flimkien ma’ proċess li għaddej bħalissa biex jitjib is-servizz għall-klijenti u titjib fl-immaniġjar tal-ispejjeż, ikkontribwew b’mod sinifikanti biex kisbna dawn ir-riżultati eċċellenti. Minkejja kompetizzjoni iebsa, pressjonijiet regolatorji, u tnaqqis sistematiku f’uħud mill-oqsma tan-negozju tagħna bħal linji fissi, GO kompliet tagħti prestazzjoni b’saħħitha u għal dan nixtieq nirringrazzzja lill-impjegati kollha tax-xogħol siewi li jwettqu u lill-klijenti tagħna għal-lealtà tagħhom.”

    Matul l-ewwel sitt xhur tal-2015, l-ispejjeż marbutin mal-bejgħ u l-amministrazzjoni, minbarra spejjeż mhux tas-soltu li kienu jinkludu spejjeż għal skemi ta’ irtirar volontarju u obbligazzjonijiet għall-penzjonijiet, kienu ta’ €47.4 miljun, tnaqqis ta’ €2.3 miljun fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra. Filwaqt li l-Grupp irnexxielu b’suċċess inaqqas l-ispejjeż fil-parti l-kbira tal-oqsma, qed jesperjenza żieda fl-ispejjeż f’ċerti oqsma relatati direttament mal-attività ta’ bejgħ.

    Il-qligħ operattiv qabel ma kienu nklużi l-ispejjeż mhux tas-soltu ammonta għal €14.1 miljun, żieda ta’ €2.3 miljun (19.7%), fuq il-qligħ operattiv ta’ €11.8 miljun miksub fl-istess perjodu s-sena l-oħra. Il-qligħ qabel it-taxxa żied b’€4.5 miljun (53%), minn €8.5 miljun fl-2014 għal €13-il miljun fl-ewwel nofs is-sena 2015.

    Il-cash generation mill-operat baqa’ b’saħħtu u ammonta għal €22.7 miljun (2014: €18.4 miljun),. Is-self nett tal-Grupp ammonta għal €43.5 miljun fit-30 ta’ Ġnju 2015, żieda ta’ €2.1 miljun minn Diċembru 2014. Din iż-żieda hi normali matul l-ewwel nofs tas-sena u hi direttament relatata mal-pagament ta’ dividened nett ta’ €7 miljun (€0.07 għal kull sehem),.

    Deepak Padmanabhan, iċ-Ċrmen ta’ GO qal “Il-prestazzjoni ta’ GO hi eċċezzjonali, meta mqabbla max-xerja attwali fl-industrija tat-telekomunikazzjoni fejn ħafna mill-operaturi qed jirreġistraw tnaqqis fit-dħul u qligħ. Dawn ir-riżultati inkisbu għaliex GO segwiet strateġija ċara biex ittejjeb il-poftfolju tal-prodotti tagħha, toffri esperjenza tajba lill-klijenti u żieda sinifikanti fl-effiċjenza. Flimkien, dawn l-elementi pożizzjonaw lil GO f’qagħda b’saħħitha biex tħares lejn il-futur b’kunfidenza.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1