Splużjoni rrapurtata viċin l-ajruport ta’ Kabul

  • Aww 10, 2015 10:29
  • Miktub minn
"

    Pulizija fil-kapital tal-Afganistan sostnew li terrorist prova jattakka punt ta’ kontroll ħdejn l-entratura għall-ajruport internazzjonali ta’ Kabul.

    Rapporti li dheru fuq il-midja lokali juru kif dan l-attak mistenni jħalli id-diżgrazzji iżda s'issa m'hemm l-ebda figuri uffiċjali.

    Skont uffiċjali tas-sigurtá li kien hemm fuq il-post jidher li fil-mira ta' dan l-attak kien hemm konvoj ta' karozzi korazzati. Dan l-inċident huwa l-aħħar minn sensiela ta' attakki fatali li saru f'Kabul f’dawn l-aħħar ftit jiem. Infatti minn tal-inqas 35 persuna mietu u mijiet aktar kienu midruba f’attakk il-Ġimgħa wara li terrorist sploda lilu nnifsu ħdejn akkademja tal-pulizija tal-belt fejn qatel madwar 20 rekluti.

    Ftit tal-ħin wara wara nstemet splużjoni kbira fit-tramuntana tal-ajruport.

    Fis-siegħat bikrin tal-Ġimgħa, trakk li jġorr l-isplussiv sploda qrib bażi tal-armata fl-inħawi ta’ Shah Shahid, fejn mietu madwar 15-il persuna oħra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0