Lura għan-normal wara strajk ta' 24 siegħa fit-trasport ta' taħt l-art f'Londra

  • Aww 07, 2015 10:16
  • Miktub minn
"

    Servizzi tat-trasport pubbliku ta’ taħt l-art f’Londra reġgħu għan-normal wara strajk ta’ 24 siegħa.

    L-azzjoni industrijali mill-erba' unions bdiet nhar l-Erbgħa filgħaxija bħala parti minn tilwima dwar is-servizz tan-‘Night Tube’, li huwa mistenni jibda x-xahar li ġej.

    Il-unions stqarrew li mhumiex kuntenti bil-kundizzjonijiet li qed jiġu offruti lill-ħaddiema li se jkunu qed jaħdmu fuq is-servizz il-ġdid.

    Taħditiet bejn il-unions u l-London Underground (LU), ser jerġgħu jibdew il-ġimgħa d-dieħla.

    Dan huwa t-tieni strajk fejn is-servizzi tal-istazzjonijiet tat-‘Tube’ għalqu. Strajk ieħor ta' 24 siegħa sar fit-8-9 ta’ Lulju.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0