Att terroristiku f'moskea fl-Arabja Sawdija

  • Aww 06, 2015 14:57
  • Miktub minn
"

    Raġel sploda lilu nnifsu f’moskea fl-Arabja Sawdija u kien il-kawża tal-mewt għal 15-il persuna.

    L-awtoritajiet fl-Arabja Sawdija qalu li l-każ seħħ f'moskea li tintuża mill-forzi tas-sigurtà f'Abha, qrib il-fruntiera tal-Jemen.

    F’Mejju li għadda kien sar attakk ieħor f'moskea f’Shia, li għalih ħa responsabbiltà l-Istat Iżlamiku (IS),. L-Arabja Sawdija bħalissa qed tagħmel kampanja kontra ribelli mmexxija minn individwi minn Shia fil-Jemen.

    Ġie rappurtat li dawk kollha maqtula kienu membri tal-forzi tas-sigurtà. L-uffiċjali qalu li għadu mhux ċar min wettaq l-attakk.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0