Enchilada bil-ġobon u l-gravy

  • Aww 06, 2015 11:10
  • Miktub minn
"

    Ingredjenti (għall-enchilada),:

    
nofs kikkra żejt


    8 tortillas


    3 kikkri cheddar maħkuk


    basla
 mqattgħa rqiq

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 180°C u idlek dixx biż-żejt. F'taġen poġġi ftit żejt u aqli t-tortillas waħda waħda. Żommom imkebbin f’sarvetta.
 Fin-nofs ta' kull tortilla poġġi żewġ mgħaref ġobon u mgħarfa basal.
Rembilhom u poġġihom f’dixx tal-forn.
 Żid il-‘gravy’ fuq it-tortillas (ara riċetta hawn isfel),. 
Ferrex il-ġobon u l-basal li jifdal fil wiċċ.
 Aħmi għal għaxar minuti sakemm jinħall il-ġobon.


    

Chili Gravy

    Ingredjenti:

    
kwarta ta’ kikkra żejt


    kwart ta’ kikkra dqiq

    nofs kuċċarina bżar iswed mitħu

    
kuċċarina melħ


    kuċċarina trab tat-tewm

    
kuċċarina kemmun


    nofs kuċċarina oregano


    2 mgħaref chili powder


    2 kikkri stokk taċ-ċanga, tiġieġ jew, jekk trid, simpliċiment ilma.


    Metodu:

    
Saħħan iż-żejt f'taġen. Żid id-dqiq u ħawwad għal tlieta jew erba' minuti sakemm ikollok “roux” kannella
. Żid il-bżar, melħ, trab tat-tewm, kemmun, oregano u chili powder, u ibqa’ ħawwad għal minuta. Żid l-stokk jew ilma u ħawwad sakemm il-gravy jagħqad.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0