Weraq tal-ħass mimli bit-tiġieġ

  • Aww 06, 2015 10:38
  • Miktub minn
"

    Għandek bżonn:

    250g kapuljat tat-tiġieġ

    kuċċarina żejt veġetali

    żewġ sinniet tewm, imqattgħin fin

    mgħarfa żejt tal-ġulġlien

    mgħarfa zalza tal-ħut

    mgħarfa weraq tal-kosbor friski mqattgħin

    meraq ta' nofs lumija

    kwart ta’ kuċċarina chili flakes nexfin (jekk ma tig-

    gustahomx ħallihom barra),

    kuċċarina ġinġer frisk imqaxxar u maħkuk

    100g faqqiegħ frisk imqatta’ żgħir

    ħassa kkaboċċjata (ifred il-weraq),

    100g noodles tar-ross irqaq, imsajrin skont il-pakkett

    basla żgħira, imqattgħa fin

    mgħarfa soy sauce

    erba’ mgħaref karawett inkaljat, imqatta’ żgħir

    Metodu:

    F’taġen kbir (jew wok), sajjar il-kapuljat tat-tiġieġ f’kuċċarina żejt veġetali sakemm isir. Żid iċ-chili flakes. Neħħi t-taħlita mit-taġen u poġġiha f’passatur biex joqtru l-ilma u x-xaħmijiet żejda u jkollkom konsistenza aħjar għall-milli tal-weraq.

    Sajjar il-basla u l-faqqiegħ malajr fuq nar għoli. Żid il-ġinġer u t-tewm u sajjar għal madwar tliet minuti. Ħawwad il-ħin kollu. Żid is-soy sauce, iz-zalza tal-ħut u ż-żejt tal-ġulġlien. Ħallat kollox mat-tiġieġ, żid nofs kuċċarina meraq tal-lumi jew lime u l-weraq tal-kosbor frisk imqatta’. Ħawwad.

    Iftaħ il-weraq tal-ħass. Poġġi fuq kull waħda mgħarfa noodles u mgħarfa mili tat-tiġieġ, u ferrex ftit karawett inkaljat imfarrak fuq il-wiċċ. Jekk tixtieq, erġa’ poġġi ftit qtar soy sauce u qtar taż-żejt tal-ġulġlien.

    Rembel il-weraq biex tagħlaq ir-wraps, u servi.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0