Jinstabu fdalijiet tat-titjira MH370 wara aktar minn sena mill-għajbien tal-ajruplan

  • Aww 06, 2015 10:26
  • Miktub minn
"

    Il-Prim Ministru Awstraljan Tony Abbott qal li l-"misteru li ħalla lil kulħadd bla kliem" tat-titjira MH370 hija eqreb biex tiġi solvuta. Dan wara li l-Malasja ħabbret li nstab debris f’Reunion li kien parti mill-ajruplan.

    Il-Prim Ministru tal-Malasja, Najib Razak, saħaq li l-esperti li eżaminaw id-debris li nstab "b'mod konklużiv ikkonfermaw" li kien mill-ajruplan.

    Investigaturi ma kkonfermawx din l-aħbar iżda ma naqsux milli jgħidu li hija probabbiltà kbira. L-Awstralja stqarret li ser tibqa' kunfidenti li t-tfitxija qed issir fil-lokazzjoni t-tajba.

    L-ajruplan tal-Malaysia Airlines kien qed jivvjaġġa minn Kuala Lumpur lejn Beijing fit-8 ta’ Marzu 2014 meta sparixxa mir-radar. Madwar 239 ruħ kienu abbord it-titjira.

    Id-debris li nstab fuq il-gżira Franċiża remota fl-Oċean Indjan ġimgħa ilu - parti mill-ġwienaħ magħrufa bħala flaperon - kienet l-ewwel traċċa li qed tgħin f’din l-investigazzjoni u ttieħdet Toulouse għal aktar testijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0