Id-dnub ma jorqodx - PL

  • Aww 04, 2015 15:18
  • Miktub minn
"

    Fi stqarrija tal-Partit Laburista ingħad li l-Kap tal-Oppożizzjoni f’dagħdiha ta’ paniku qed jagħmel sensiela ta’ libelli dwar laqgħa mal-familja Gaffarena qabel l-elezzjoni ġenerali. Kieku ma kellu xejn x’jaħbi kien imissu ddikjaraha qabel. Il-verita’ hija li l-poplu jinsab imħawwad bejn min qed jgħid il-verità f’laqgħa fil-magħluq li qed jingħad li fiha saret kundizzjoni biex jingħata permess għall-pompa tal-petrol f’Ħal Qormi.

    Li kieku dan kien l-ewwel każ ta’ ħabi u taħwid mill-Kap tal-Oppożizzjoni, forsi kien jingħata l-benefiċċju tad-dubju. Madankollu dan huwa t-tieni każ li fih Simon Busuttil l-ewwel ma ddikjarax li kellu laqgħa, imbagħad ħareġ li f’dik il-laqgħa ntqalu affarijiet kunfliġġenti.

    Fl-ewwel każ, Simon Busuttil kien ċaħad li ltaqa’ ma’ persuna li qaltlu b’akkużi gravi fil-konfront tal-ex-Ministru Giovanna Debono. Ftit wara kien irriżulta li l-laqgħa saret u iktar minn hekk Busuttil flok kixef l-abbuż tal-amministrazzjoni Nazzjonalista, lill-whistleblower kien qallu li missu waqaf mix-xogħol il-Partit Nazzjonalista kien se jitlef l-elezzjoni ġenerali, qalet l-istqarrija tal-Partit Laburista.

    F’dan il-każ, Busuttil qed jiċħad li talab dokumenti biex ikun jista’ jinħareġ permess fuq il-pompa tal-petrol ta’ Gaffarena.

    Id-dnub ma jorqodx.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    4