Blueberry Cheesecake

  • Aww 02, 2015 14:29
  • Miktub minn
"

    Ingredjenti:

    2 kikkri gallettini digestive mfarrkin fini

    kikkra lewż mitħun

    2 mgħaref stevia

    kikkra zokkor

    4 mgħaref butir imdewweb

    qoxra ta' nofs lumija maħkuka

    Għall-mili:

    200g mascarpone

    200g irkotta

    kikkra stevia

    qoxra ta' lumija maħkuka

    2 mgħaref meraq tal-lumi

    4 bajdiet

    2 mgħaref cornflour

    ftit qtar essenza tal vanilla

    blueberries gall-wiċċ

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal temperatura ta' 170°C. Fi skutella ħawwad il-gallettini, il-lewż u l-istevia. Żid il-butir u poġġi t-taħlita f'dixx tat-torti. Agħfasha mal-qiegħ u l-ġnub tad-dixx biex jinksew biha. Aħmi bejn 10 minuti u kwarta sakemm it-taħlita tibda ssir kulur id-deheb fit-truf. Neħħi d-dixx mill-forn u ħalliha tibred. Naqqas it-temperatura għal 150°C. Ħabbat il-mascarpone mal-istevia. Żid il-qoxra tal-lumi, il-meraq, l-irkotta u fl-aħħar il-bajd u l-cornflour. Poġġi ftit blueberries fil-wiċċ.

    Aħmi għal siegħa. Kessaħ iċ-cheesecake sew qabel ma toħorġu mid-dixx. Poġġi aktar blueberries fil-wiċċ.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0