Draw għal Hibernians f'partita ta' tmien gowls

  • Lul 12, 2012 22:38
  • Miktub minn
"

    F'logħba li fiha ġew skorjati seba’ gowls fl-ewwel taqsima, Hibernians irnexxielhom idawru żvantaġġ ta’ 1-3 għal vantaġġ ta’ 4-3. Imma fid-90 minuta tal-logħba Hibernians sofrew il-gowl tad-draw.

    Sarajevo fetħu l-iskor fit-12-il minuta meta EMIR HADZIC għeleb lil Muscat b’xutt mill-qrib wara li rċieva mingħand Suljic.

    Hibernians wettqu reazzjoni u kisbu d-draw fit-22 minuta meta minn cross ta’ Cohen, MARCELO DIAS bir-ras tefa’ fir-rokna tax-xibka.

    Minuta biss wara però Sarajevo reġgħu skurjaw permezz ta’ ASMIR SULJIC minn pass tajjeb ta’ Husejimovic.

    Erba’ minuti biss wara huma żiedu gowl ieħor fejn reġa’ kien EMIR HADZIC li skorja bir-ras minn korner ta’ Ivan Sesar.

    Imma fil-35 minuta, Hibernians naqqsu l-marġini meta minn pass ta’ Lima, MARCELO DIAS b’xutt imkaxkar għeleb lil Adilovic.

    Fl-40 minuta, l-iskor sar 3-3 meta kien JEAN PAUL FARRUGIA li għola tajjeb għal kross ta’ Jason Vandelanoitte biex bir-ras ma falliex.

    JEAN PAUL FARRUGIA reġa' skorja b’xutt għar-rokna minn pass ta’ Dias fl-44 minuta. B'hekk Hibernians daħlu jistrieħu fil-vantaġġ.

    Fit-tieni taqsima, Hibernians tħabtu biex ikabbru l-vantaġġ imma sabuha ferm diffiċli jinfdu d-difiża avversarja.

    Kollox kien jindika li l-logħba se tintemm f’rebħa għat-tim Malti sakemm fid-90 minuta f’kontrattakk Sesar qassam lil RADAN SUNJEVARIC li b’xutt mill-ewwel tefa’ fir-rokna tax-xibka fost id-diżappunt tal-partitarji numerużi Pawlisti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0