SkolaSport Sajf f' Għawdex

  • Lul 31, 2015 13:53
  • Miktub minn
"

    Din is-sena l-Ministeru għal Għawdex permezz tal-Gozo Sports Board introduċa l-iskema ta’ SkolaSport Sajf li bdiet nhar il-15 ta’ Lulju u tintemm fl-ewwel ġimgħa ta’ Settembru.

    Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo dalgħodu żar l-Gozo Sports Complex. Għal din l-iskola kienu eliġibbli tfal minn 5 snin sa 12-il sena u applikaw għaliha 75 tifel u tifla fejn se jqattgħu sajf jitħarrġu mhux biss f’diversi dixxiplini sportivi, attivitajiet ta’ għawm, waterpolo, ġinnastika, tixbit u logħob b’attivita fiżika. Iżda wkoll ġew introdotti klassijiet fid-drama, arti, tisjir u crafts.

    It-tfal se jkollhom tliet nofs ta’ nhari fil-ġimgħa għal tliet xhur sħaħ fejn fihom jibqgħu attivi u fl-istess ħin jitħarrġu minn eta ċkejkna fl-aġilita, bilanċ u koordinazzjoni ta’ ġisimhom. It-tfal se jieħdu gost jilagħbu u jitgħallmu fl-istess ħin filwaqt li jżommu ruħhom attivi. Hi ukoll opportunita li jiżviluppaw it-talenti tagħhom f’diversi esperjenzi sportivi u oltre.

    Diversi coaches b’esperjenza f’diversi dixxiplini sportivi u għalliema tal-crafts, arti u drama se jkunu qed jieħdu ħsieb lil dawn it-tfal b’ettenzjoni speċjali fuq kull wieħed u waħda minnhom.

    Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo stqarr li l-ħolma tiegħu bħala Ministru hi li jara lil dawn it-tfal jagħrfu l-potenzjal tagħhom u jingħaqdu f’dixxiplini sportivi matul is-sena kollha. Għawdex huwa mimli assoċjazzjonijiet sportivi taħt il-kappa tal-Gozo Sports Board dan igħin li jkun hawn soċjeta’ sportiva u b’saħħitha minn ċkunitha. Huwa tenna kemm huwa importanti li t-tfal Għawdxin ikunu attivi sew fix-xitwa kif ukoll fis-Sajf.

    Il-Gozo Sports Board ħareġ b’din l-ideja biex ikompli fil-pjani tiegħu li jkompli jħajjar u jintroduċi lit-tfal Għawdxin f’diversi dixxiplini sportivi. Dan wara li bħalissa wkoll ġew introdotti skejjel tat-tfal għal Badminton, ġinnastika u basketball u qed jaħdem biex tinfetaħ skola tal-Volleyball.

    Il-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Sports Board, Alvin Grech qal li dan kien kollu possibbli grazzi għad-direttorat fil-ministeru taħt Joyce Farrugia, is-segretarju Permanenti John Borg, lil Mark Cutajar f’isem il-Kunsill Malti għall-Isport u l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo li mingħajr tlaqlieq taw l-għajnuna mitluba minnhom. Hu semma wkoll l-għajnuna li sab mill-club Ta’ Kerċem, tal-Otters u l-Gozo Sports Complex għal użu tal-faċilitajiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0