Ian Borg iqassam ċertifikati lill-57 benefiċjarju tal-EUPA b'valur ta' €5 miljuni

  • Lul 31, 2015 13:30
  • Miktub minn
"

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Dr Ian Borg ilbieraħ attenda għaċ-Cerimonja ta’ għoti ta’ ċertifikati organizzata mill-EUPA - l-aġenzija li tagħti sapport lill-individwi Maltin u entitajiet oħra li jagħmlu użu mill-fondi taħt diversi programmi edukattivi li jiġu pprovduti mill-Kummissjoni Ewropea - fi Ġnien ta’ Hastings il-Belt Valletta.

    Dr Borg, waqt li kien qed jindirizza lill-udjenza faħħar lill-agenzija EUPA għax-xogħol tagħha filwaqt li spjega li l-għan ewlieni tal-programm Erasmus+ hu biex javvanza l-ħiliet u l-impjegabilità filwaqt li jimmodernizza s-sistema edukattiva, it-taħrig u x-xogħol taż-żgħażagħ. Hu kompla jgħid li dan il-programm ta’ 7 snin għandu baġit komplessiv ta’ €14.7 biljun bejn l-Membri Stati kollha. Dan juri l-impenn tal-Unjoni Ewropea biex tinvesti f’dawn l-oqsma.

    Malta ser tkun qed tibbenifika minn madwar €5 miljuni li minnhom ser jibbenefikaw mas-57 benefiċjarju.

    Is-Segretarju Parlamentari saħaq li l-Erasmus+ hu programm li jipprovdi opportunitijiet għal fuq minn 4 miljuni ta’ Ewropej biex jistudjaw, jitħarġu, jiggwadanjaw esperjenza ta’ xogħol u anki jagħmlu xi xogħol volontarju barra mill-pajjiż. B’hekk dan ser jiffaċilita t-tranżizzjoni mis-sistema ta’ xogħol fl-iskola għal kwalità ta’ traineeship u apprentistat sabiex b’hekk ikollhom esperjenza fid-dinja tax-xogħol.

    Dr Borg għalaq billi rringrazzja lil dawk kollha li qed jaħdmu f’dan is-settur u awgura suċċess lill-benefiċjarji kollha fil-proġetti tagħhom

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0