Clafoutis bil-frott sajfi

  • Lul 31, 2015 13:15
  • Miktub minn
"

    Ingredjenti:

    500g frott sajfi, maħsul u mqatta' biċċiet kbar

    3 bajdiet (mhux mill-friġġ),

    nofs kikkra dqiq self-raising

    ftit qtar vanilla

    ftit qtar essenza tal-lewż

    niskata kannella

    4 mgħaref stevia

    330ml ħalib

    butir jew żejt biex tidlek id-dixx

    Metodu:

    Saħħan il-forn f'temperatura ta' 180 grad Celcius. Idlek id-dixx. Naddaf il-frott u qattgħu. Uża hand blender biex tħawwad il-bajd, id-dqiq, il-vanilla u l-estratt tal-lewż, l-istevia u l-ħalib flimkien, sakemm it-taħlita tiġi lixxa.

    Ferra' l-taħlita fuq il-frott ġo dixx. Poġġi kuċċarina għasel fuq il-wiċċ qabel ma ddaħħalha fil-forn.

    Aħmi għal 40 minuta u jekk hemm bżonn ħalliha ħames minuti ohra.

    Servi kiesħa jew sħuna bi ftit ġelat tal-vanilla.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0