Cheesecake tal-ħawħ u l-irkotta

  • Lul 25, 2015 11:19
  • Miktub minn
"

    Ingredjenti:

    pakkett galletini bla zokkor u bla glutina (250g),
    750g irkotta
    125ml plain yoghurt
    200g stevia
    ftit qtar vanilla
    qoxra maħkuka ta' nofs lumija
    qoxra maħkuka ta' nofs larinġa
    3 mgħaref cornflour
    4 bajdiet, isseparati
    ħawħ biex iżżejjen il-wiċċ
    kuċċarina bikarbonat
    kuċċarina baking powder
    Metodu:

    Sahhan il-forn għal temperatura ta' 160 grad Celcius. Itħan il-galletini b'hand blender sakemm jiġu trab. Poġġi ftit mit-trab tal-galletini ġo dixx biex tiksi l-qiegħ u l-ġenb tad-dixx. Poġġi l-irkotta u l-yoghurt ġo skutella kbira. Żid l-isfra tal-bajd, il-vanilla, il-qoxra tal-lumi u l-larinġ, il-cornflour u l-istevia. B'hand blender ħawwad sakemm it-taħlita tkun lixxa. Ħabbat l-abjad tal bajd sakemm ikollok xkuma. Uża mgħarfa biex tħallat (fold in - tħawwadx ħafna), l-ixkuma ġot-tahlita tal-irkotta. Żid il-baking powder u l-bikarbonat mat-taħlita tal-galletini u bil-mod ħawwad ġot-taħlita tal irkotta.
    Ipprepara dixx tal-kejkijiet billi tidilku bil-butir jew tuża pinzell biex tidilku bi ftit żejt.
    Żejjen il-wiċċ tal-kejk bil-ħawħ imqatta' u ħalli l-qoxra għax tagħmel effett sabiħ. Aħmi ġol-forn għal 40 minuta. Ħalli ċ-cheesecake jiksaħ qabel ma toħorġu mid-dixx.
    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fuq il-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0