L-Air Malta vvotata fost l-aqwa linji tal-ajru waqt il-World Airline Awards

  • Lul 21, 2015 16:59
  • Miktub minn
"

    L-Air Malta kisbet is-6 post fil-kategorija ta’ ‘L-Aqwa Linji tal-Ajru Reġjonali fl-Ewropa’ waqt l-avveniment ta’ Skytrax World Airline Awards™ tal-2015. Għall-ħames sena konsekuttiva, l-Air Malta ġiet ikklassifikata bħala waħda mill-aqwa linji tal-ajru fil-kategorija tal-linji tal-ajru reġjonali ta’ trasportaturi li joperaw predominantement titjiriet internazzjonali reġjonali jew b’distanza qasira.

    Dawn il-premjijiet huma l-punt ta’ riferiment globali tal-eċċellenza tal-linja tal-ajru u l-għodda primarja għall-valutazzjoni komparattiva tal-livelli ta’ sodisfazzjon tal-passiġġieri tal-linji tal-ajru madwar id-dinja.

    L-istħarriġ sar online bejn Settembru 2014 u Mejju 2015 bi 18.9 miljun stħarriġ imwieġba mill-klijenti, fuq firxa ta’ suġġetti. L-istħarriġ kien ikopri l-linji tal-ajru li joffru servizz sħiħ u dawk low-cost u kejjel l-istandards fuq 41 indikatur ewlenin tal-prestazzjoni tal-prodotti u s-servizzi prinċipali tal-linji tal-ajru. Fl-istħarriġ ipparteċipaw aktar minn 105 nazzjonalitajiet differenti u ġew koperti aktar minn 245 linja tal-ajru minn trasportaturi internazzjonali akbar sa trasportaturi domestiċi iżgħar.

    Huwa kien ibbażat fuq il-kejl tas-sodisfazzjon tal-klijenti għall-Esperjenza ta’ Passiġġier kemm fl-ambjent tal-Ajruport kif ukoll Abbord – inklużi l-proċedura taċ-check-in qabel it-tlugħ fuq l-ajruplan, il-kumdità tas-siġġijiet abbord, l-indafa tal-kabina, l-ikel, ix-xorb, id-divertiment waqt it-titjira, is-servizz tal-persunal u affarijiet assoċjati mal-ivvjaġġar. Tiġi applikata ponderazzjoni tad-dejta sabiex tiġi pprovduta ekwità tan-nominazzjoni meta jiġu evalwati linji tal-ajru ta’ daqs differenti.

    L-Air Malta qiegħda tniedi għadd ta’ inizjattivi li huma mmirati biex ipoġġu lill-klijent fil-qalba tal-organizzazzjoni. Il-linja tal-ajru ser tkun qiegħda tiffoka aktar fuq it-titjib tal-esperjenza tal-klijent u turi li l-linja tal-ajru Jimpurtaha Aktar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    4