Kejk tat-tuffieħ u l-irkotta

  • Lul 26, 2015 08:57
  • Miktub minn
"

    Ingredjenti:

    2 kikkri u nofs dqiq self-raising mgħarbul

    2 mgħaref għasel

    1/4 ta' kikkra butir imdewweb

    3 bajdiet imħabbtin

    1/2 kikkra rkotta mgħaffġa

    kuċċarina bikarbonat

    1/2 kuċċarina trab tal-imsiemer tal-qronfol

    meraq imħallat ta' lumija u larinġa

    ftit qtar tal-vanilla

    qoxra maħkuka ta' lumija maħkuka

    qoxra maħkuka ta' larinġa

    200 g tuffieħ imqaxxar u maħkuk

    200g żbib isfar mitħun ġo ftit ilma

    Metodu:

    1. Ħokk il-lumija u l-larinġa u agħsarhom.

    2. Ġo skutella ħallat id-dqiq, l-irkotta, il-ħwawar u l-qxur taċ-ċitru.

    3. Ħawwad imma mhux ħafna.

    4. Żid il-bajd u ħawwad.

    5. Ħokk it-tuffieħ u żid lilu u ż-żbib mat-taħlita.

    6. Dewweb il-butir u ħawwad mal-meraq taċ-ċitru.

    7. Żidhom mat-taħlita u fl-aħħar żid ukoll il-bikarbonat.

    8. Poġġi t-taħlita ġo dixx tal-kejkijiet b'daqs ta' 23 ċm.

    9. Żejjen il-wiċċ bit-tuffieħ.

    10. Aħmi ghal 40 minuta f'forn b'temperatura ta' 160C.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fuq il-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0