Flan mimlija bl-irkotta

  • Lul 29, 2015 12:39
  • Miktub minn
"

    Ingredjenti:

    sponge flan

    800g rkotta

    100g stevia

    300g konfettura u ċikkulata mqattgħa, imħalltin

    ponn lewż u ġellewż imqatta'

    qoxra maħkuka ta' lumija

    ftit liquer li jogħġbok

    niskata noċwmuskata mitħuna

    ħawħ frisk għall-wiċċ

    ċirasa ħadra u ħamra għall-wiċċ

    ċikkulata maħkuka għall-wiċċ

    Metodu:

    Ipprepara l-mili billi tħallat l-irkotta u l-istevia fi skutella kbira. Ħawwad sakemm ikollok konsistenza kremuża. Jekk it-taħlita tkun niexfa wisq, żid ftit ħalib jew jogurt. Żid il-konfettura u ċ-ċikkulata mal-irkotta u ħawwad sew. Żid il-qoxra tal-lumija u n-noċemuskata. Erġa' ħawwad sew.

    Poġġi l-flan fuq platt kbir u xarrab bi ftit liquer li jogħġbok. Imla l-flan bit-taħlita tal-irkotta u żejjen bil-ħawħ, ċirasa u lewż. Kessaħ fil-friġġ qabel ma sservi.

    Dan il-flan, b'riċetta ta' Anton B Dougall, issajjar minn Lea Hogg fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2