Penne bil-vodka

  • Lul 19, 2015 19:15
  • Miktub minn
"

    Ingredjenti:

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    basla

    sinna tewm, imqattgħa rqiq

    ½ kuċċarina bżar aħmar (flakes),

    2 kuċċarini oregano

    ½ tazza vodka

    500g penne

    6 tadamiet, imqaxxrin u mqattgħin

    daqs tazza krema

    ½ kikkra ġobon maħkuk

    500 ml passata tat-tadam

    Metodu:

    Saħħan iż-żejt f'taġen fuq nar moderat. Żid il-basal u t-tewm. Sajjar għal 5 minuti waqt li tħawwad kontinwament.

    Żid il-bżar aħmar u l-oregano. Sajjar għal minuta, imbagħad żid il-vodka u ħalliha ttektek għal 10 minuti fuq nar baxx.

    Żid nofs il-tadam imqatta', ħawwad u sajjar għal żewġ minuti. Imbagħad żid il-passata, ftit melħ u bżar.

    Sajjar għal 30 minuta fuq nar bati ħafna. Neħħi minn fuq in-nar. Ħallih jibred ftit.

    Sajjar l-għaġin skont l-istruzzjonijiet fuq il-pakkett

    Uża blender tal-idejn biex titħan it-taħlita f'zalza lixxa. Ferra' t-taħlita ġo taġen u bil-mod sajjar fuq nar baxxa ħafna. Żid il-bqija tat-tadam imqatta'. Żid il-krema u ħawwad. Neħħi mis-sħana u ħawwad mal-għaġin sħun. Servi bil-ġobon maħkuk.

    Din hija riċetta ta' Lea Hogg. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0