Aktar minn 500 talba minn artisti biex jieħdu sehem fil-Malta Street Art Festival

  • Lul 18, 2015 14:19
  • Miktub minn

    Fil-Malta Street Art Festival ta' din is-sena se jieħdu sehem 40 artist. Madankollu, daħlu aktar minn 500 applikazzjoni minn artisti minn madwar id-dinja biex jieħdu sehem f'dan il-festival, li se jsir mill-24 sas-26 ta' Lulju f'Marsamxett, il-Belt.

    Fost il-forom artistiċi li se jkun hemm fil-festival insibu xogħol 3D fuq il-bankini, installazzjonijiet, graffiti, xogħol bl-istencil u 3D mapping projections. It-tema ta' din is-sena hija “Il-Kavallieri tal-Belt” u din se tkun riflessa kemm fix-xogħlijiet infushom kif ukoll fit-tiżjin tal-post fejn se jsir il-festival.

    Fatt interessanti hu li jumejn qabel jibda l-festival, jiġifieri nhar l-Erbgħa li ġej, se tkun organizzata attività bis-sehem ta' aktar minn 30 artist fil-binja tal-lukanda Jerma f'Wied il-Għajn. Din l-attività mistennija tagħti l-ħajja lil dan il-bini abbandunat, b'mużika, xogħlijiet artistiċi u skatepark żgħir.

    Il-festival proprju, imbagħad, se jsir tul ix-xatt ta' Marsamxett – jibda minn ħdejn il-klabb tal-waterpolo tal-Belt u jibqa' sejjer kważi sa Sant'Iermu. Hemmhekk minbarra x-xogħlijiet artistiċi se jkun hemm fost oħrajn mużika alternative rock, hip hop u unplugged; attivitajiet sportivi; skatepark b'rampa li tagħti għall-baħar; kif ukoll is-sehem tal-Malta Comic Con u l-Hedon Crew.

    Se jkun hemm aċċenn partikolari fuq l-isport estrem, fejn wieħed se jkun jista' jixxabbat mas-swar, jagħmel l-abseiling, jesperjenza z-zip line, jipprova t-Thai Boxing jew jitgħallem jogħdos biċ-ċilindri.

    Ta' min jgħid li l-ħitan kollha li fuqhom se jkun hemm it-tpinġija bħala parti mill-festival, malli jintemm il-festival se jerġgħu jinżebgħu għal kif kienu qabel.

    Kollox ma' kollox, il-Malta Street Art Festival għandu joffri esperjenza maġika lil kull min jattendi. Dawk li għandhom it-tfal żgħar m'għandhomx għalfejn jaqtgħu qalbhom milli jaslu wasla s'hemm, għax se jkun hemm żona apposta għat-tfal.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Lul 20, 2015

    jigifieri dawn in-nies ser jizbaghu s-swar tal-belt kapitali taghna? U min jahsbu li huma eh?

    Irrispondi