L-ispjuni ta' Tonio Fenech: Laqgħat regolari fid-Dar Ċentrali

  • Ġun 17, 2015 09:27
  • Miktub minn
"

    L-"ispjuni" ta' Tonio Fenech infilsati fl-awtoritajiet finanzjarji ewlenin lokali - il-Bank Ċentrali, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO),, u l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), - ħadu sehem ukoll f'laqgħat regolari li kienu jiġu organizzati minn żmien għal ieħor biex, b'kull tagħrif mill-aktar sensittiv għad-dispożizzjoni tagħhom, jiddiskutu u jippjanaw strateġiji għall-politika Nazzjonalista fis-suġġett.

    Dawn il-laqgħat perjodiċi kienu jsiru fid-Dar Ċentrali tal-PN stess u dak li kien jieħu ħsieb jorganizzahom kien l-istess Keith Zahra, ekskoordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru ta' Fenech sa Jannar tal-2013 u minn hemm sal-lum maniġer fl-MFSA responsabbli mill-komunikazzjoni. Iż-żewġ uffiċjali pubbliċi l-oħra - Chris Pace, maniġer responsabbli mill-istatistika tal-Bank Ċentrali, u Carlos Camenzuli, maniġer fl-NSO - kienu jattendu wkoll għal dawn il-laqgħat sigrieti ma' strateġisti Nazzjonalisti.

    L-ORIZZONT tal-lum qed tirrapporta li hi infurmata li minnhom it-tlieta, Zahra, li kien ukoll l-amministratur ewlieni tal-Finance Shadow Group fuq Google, kien l-uniku li daħal normali għax-xogħol nhar it-Tnejn li għadda wara li IT-TORĊA żvelat dan l-iskandlu ta' spjunaġġ. Waqt li Camenzuli jinsab fuq leave sfurzat, Pace ġie sospiż b'nofs paga sakemm jintemmu l-investigazzjonijiet.

    Il-fatt li dawn kienu jattendu għal laqgħat fil-kwartieri tal-PN, riżultat tal-pożizzjonijiet rispettivi li jokkupaw fl-awtoritajiet, jista' biss jiggrava s-sitwazzjoni ta' ksur tal-kodiċi tal-etika.

    Dan il-kodiċi u regolamenti oħra mhux biss jobbligaw lil dawn l-uffiċjali u oħrajn li ma jaqsmux tagħrif sensittiv ma' terzi, kif għamlu permezz tal-Finance Shadow Group, iżda lanqas jagħtuhom il-fakultà li jgħaddu kummenti politiċi li jistgħu jkunu interpretati jew joħolqu l-perċezzjoni li l-istess uffiċjali mhumiex ippreparati li jimplimentaw jew jamministraw il-politika tal-Gvern.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    5