Programm rikk għall-25 Malta Jazz Festival... jsiru ukoll masterclases mingħajr ħlas

  • Ġun 04, 2015 08:49
  • Miktub minn

    Bħalha ċelebrazzjoni għall-25 edizzjoni tal-Malta Jazz Festival 2015 din is-sena l-festival se jsir fuq erbat ijiem, bejn il-Ħamis 16 sal-Ħadd 19 ta’ Lulju . Il-Kunsill Malti għall-Arti u l-kultura saħaq li bl-ikbar u l-iktar programm ta’ spettaklu varjat li qatt ra dan il-festival, il-Malta Jazz Festival din is-sena ċertament li se jpaxxi lill-ammiraturi tal-mużika jazz u lil kull min għandu l-mużika għal qalbu.

    Wara s-suċċess tal-edizzjonijiet preċedenti, il-Malta Jazz Festival, b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Valletta 2018, qed jippreżenta t-tielet edizzjoni tal-Malta Summer Jazz Camp bħala parti minn Jazz on the Fringe. Il-Jazz Camp se jilqa’ mużiċisti magħrufa u edukaturi mix-xena tal-jazz Ewropea tal-lum li se jkunu qegħdin jagħtu workshops u master classes ġewwa l-Euro Institute of Music fil-Ħamrun, 631, Triq il-Kbira San Ġużepp. Is-sessjonijiet se jkunu qed isiru bejn it-13 u t-18 ta’ Lulju u huma kollha mingħajr ħlas. Il-postijiet huma limitati u minħabba d-domanda qawwija, dawn is-sessjonijiet iridu jiġu bbukkjati bil-quddiem. Għalhekk, biex ma toħroġx diżappuntat, fittex u bbukkja post billi tibgħat email lil isabelle.gatt@maltaculture.com bil-klassijiet li tixtieq tattendi. Min jixtieq jattendi biex josserva biss, jista’ ukoll.

    Għal aktar tagħrif idħol fuq http://www.maltajazzfestival.org u żur ir-rokna Jazz on the Fringe.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook