Kejk tal-marmurat bla glutina, bla zokkor u bla butir

  • Mej 30, 2015 13:12
  • Miktub minn
"

    Għandek bżonn:

    L-ewwel sett ta' ingredjenti:

    200g lewz pur mitħun

    100g stevia

    100g trab tal gallettini bla glutina u bla zokkor

    50g ħafur (oats),

    kuċċarina bikarbonat

    1/2 kuċċarina baking powder

    kuċċarina mixed spice

    40g konfettura

    mgħarfa kokodina

    qoxra ta' larinġa maħkuka

    (Ħawwad dawn l-ingredjenti flimkien.),

    It-tieni sett ta' ingredjenti:

    50ml żejt taż-żebbuġ

    1 yoghurt

    ftit qtar vanilla

    4 isfra tal-bajd

    meraq ta' larinġa

    (Ħawwad dawn l-ingredjenti flimkien.),

    It-tielet taħlita:

    l-abjad ta' 4 bajdiet - agħmilhom xkuma

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal temperatura ta' 160 grad Celcius. Ħawwad l-ewwel żewġ taħlitiet flimkien. Żid l-ixkuma tal-abjad tal-bajd u ħawwad b'mgħarfa tal-metall, imma tħawwadx iżżejjed. Poġġi t-taħlita f'dixx midluk ta' 23ċm. Aħmi fil-forn għal 35 minuta mingħajr ma tiftaħ il-forn. Jekk ikun jonqsu aktar biex isir, aħmi għal xi għaxar minuti oħra.

    Ħallih jiksaħ, imbagħad żejjen il-wiċċ biċ-ċikkuklata mdewba u frak tal-lewż.

    Din hija riċetta ta' Lea Hogg imxandra fil-programm Kalamita fuq ONE. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1