Minn Belt ġawhra tal-arkitettura għall-Belt ekoloġika - Il-Ministru Leo Brincat

  • Mej 29, 2015 16:41
  • Miktub minn

    Waqt il‑ftuħ tal‑Green Festival li qed jittella’ mill‑V18 flimkien mal‑Ministeru għall‑Iżvilupp Sostenibbli, l‑Ambjent u Tibdil fil‑Klima, id‑Direttorat tal‑Parks, il‑kumpanija Wasteserv u l‑Environmental Landscaping Consortium (ELC),, il‑Ministru għall‑Iżvilupp Sostenibbli, l‑Ambjent u Tibdil fil‑Klima Leo Brincat qal li dawn l‑entitajiet se jgħinu biex matul dawn it‑tlett ijiem li ġejjin il‑Belt Kapitali Maltija, li tliet snin oħra se tkun il‑Belt Kapitali Ewropea tal‑Kultura, tinbidel minn Belt ġawhra tal‑arkitettura għal Belt ekoloġika.

    Dan kollu bl‑għan li tittella’ festa ta’ lwien grazzi għal tant eluf ta’ xtieli li jpaxxu l‑għajnejn iżda wkoll għal diversi inizjattivi edukattivi li huma maħsuba biex jifirxu t‑tagħrif u l‑għarfien dwar il‑qasam ambjentali u setturi relatati miegħu bħal dak tal‑immaniġjar tal‑iskart.

    Il‑Ministru Brincat semma kif filwaqt li ħass li l‑irwol tad‑Direttorat tal‑Parks u Afforestazzjoni kien strumentali f’dan kollu, huwa enfasizza wkoll fuq il‑proġett ‘LifeMed Green Roof’ li qed tippromwovi l‑Università ta’ Malta, liema proġett inbeda bħala proġett pilota matul l‑aħħar sena, li jekk jirnexxi se jdaħħal il‑kunċett tat‑tħaddir fl‑ispazji u l‑bjut minkejja li l‑Belt Valletta mimlija bini.

    “Inrodd ħajr partikolari ta’ din l‑inizjattiva għaliex mhux biss tiġbor fiha firxa wiesa’ ferm akbar ta’ attivitajiet mis‑sena li għaddiet, iżda għaliex, apparti milli qed tagħfas fuq ir‑riġenerazzjoni kulturali, ekonomika u soċjali tal‑Belt Valletta, il‑Fondazzjoni responsabbli qed tagħti importanza xierqa lit‑titjib ambjentali u ekoloġiku,” sostna l‑Ministru Brincat.

    Il‑Ministru għall‑Iżvilupp Sostenibbli, l‑Ambjent u Tibdil fil‑Klima temm id‑diskors tiegħu billi qal li l‑Infiorata nnifisha hija inizjattiva li ġġib flimkien il‑kreattività u it‑tradizzjoni billi tagħti dimensjoni ġdida lil tradizzjoni li tmur lura 9 sekli fl‑Italja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1