Naġġornaw il-liġijiet

  • Ott 15, 2012 08:57
  • Miktub minn

    Is-sentenza ta’ omm li ntbagħtet tliet xhur ħabs reġgħet tefgħet dawl fuq kwistjoni li wara kollox mhux darba u tnejn tkun diskussa: l-aċċeess tal-ulied f’każi fejn il-ġenituri jkunu sseparaw jew qegħdin f’separazzjoni.

    Kienet interessanti ħafna intervista ma’ missier li ppubblikajna nhar il-Ħadd filgħodu. Nemmnu li dan il-missier għamel proposti serji u raġunati. Għax bħalu, aħna wkoll ma nemmnux li f’każi bħal dawn sentenza ta’ ħabs ma tagħmilx sens. Sentenza ta’ ħabs ma ssolvi xejn.

    Kif qal l-istess missier; xi jkunu ħadu ulied li jaraw lil ommhom dieħla tliet xhur il-ħabs? Xi jkunu ħadu l-ulied fejn l-omm tkun qiegħda tissogra li titlef l-impjieg minħabba deċiżjoni bħal din?

    Iżda, fl-istess ħin nemmnu li għandu jkun hemm liġijiet serji li ma jċaħdux lil ulied mill-aċċess għal xi wieħed jew waħda mill-ġenituri. Għalkemm hawn irridu nisħqu wkoll li d-drittijiet jiġu mad-dmirijiet. Għax mhux darba u tnejn iltqajna ma’ ġenituri li jitkellmu dwar id-drittijiet tagħhom bħala ġenituri li iżda meta tibda tistaqsihom dwar id-dmirijiet tagħhom hemm nibdew nisimgħu ħafna IMMA.

    Iktar minn hekk ninsistu dwar is-sehem ta’ tfal fid-deċiżjonijiet li jittieħdu. Ovvjament, is-sehem tat-tfal għandu jkun ivarja skont l-età u l-maturità tagħhom. Irid jissaħħaħ is-sehem tal-avukat tat-tfal li sal-lum f’ħafna każi għadu biss fuq il-karta. Mhux biss l-uffiċċju mhux atrezzat biżejjed għan-numru ta’ każi li qiegħed ikun hemm, imma mhux darba u tnejn smajna lmenti fejn Imħallef bħal speċi ma jieħux gost li jkun involut dan l-avukat.

    Ninsistu wkoll dwar il-ħtieġa li jkunu involuti iktar professjonisti fil-qasam soċjali. Hawn ukoll mhux darba u tnejn li smajna ġenituri jilmentaw kif bħal donnu t-talbiet għal social workers jintlaqgħu b’xettiċiżmu. Wieħed jista’ jargumenta li ħafna social workers tal-Appoġġ jagħmlu dan it-tip ta’ xogħol, iżda żgur li hemm ħafna każi (anke għaliex fihom ma tkunx daħlet l-Appoġġ), fejn dan ma jsirx u talbiet minn xi ħadd mill-partijiet f’dan is-sens ma jintlaqgħux.

    Fuq kollox nemmnu li hemm bżonn bidla fil-liġi biex minflok tkun waħda ibażata fuq kastig tkun waħda mibnija fejn parti tkun ikkumpensata għal dak li titlef u l-parti l-oħra tkun megħjuna tirriforma u teduka ruħha. Nittamaw li dan il-każ iservi biex ikunu xprunati dawn il-bidliet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Jan 25, 2014

    Hija haga tal biki li tara daqstant abbuzi isehhu u nies jigu mtella il q

    Irrispondi