Torta tal-ħut

  • Mej 10, 2015 10:15
  • Miktub minn
"

    Għandek bżonn:

    daqs kilo ħut imsajjar

    6 tadamiet imqattgħin

    3 patatiet imsajrin u mqattgħin

    żewġ basliet

    sinna tewm

    250g spinaċi msajra

    10 żebbuġiet imqattgħin

    ponn nagħniegħ frisk

    kuċċarina nagħniegħ niexef

    mgħarfa żejt taż-żebbuġa

    melħ u bżar

    pakkett għaġina (filo pastry),

    Metodu:

    Qalli l-basla u t-tewm. Żid l-ispinaċi, iż-żebbuġ u t-tadam. Għatti u sajjar sakemm il-ħaxix jirtab. Żid il-ħut, il-patata, in-nagħniegħ, ftit melħ u bżar.

    Iftaħ l-għaġina u iksi dixx tal-forn biha. Poġġi l-mili. Għatti u agħlaq l-għaġina sew. Taqqab il-wiċċ tal-għaġina u uża pinzell biex iddellek bajda mħabbta fil-wiċċ. Ferrex il-ġulġlien fil-wiċċ.

    Aħmi f'forn b'temperatura ta' 180° grad celsius għal 45 minuta sakemm l-għaġina tiġi kulur sabiħ.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Kalamita fuq ONE.


    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0