Jitneda l-għaxar Malta Internatioanl Arts Festival b'kalendarju rikk ta' attivitajiet

  • Mej 09, 2015 10:34
  • Miktub minn

    L-għaxar edizzjoni tal-Malta Internatioanl Arts Festival (MIAF), ser titgħella bekn l-10 ta’ Lulju u 3 t’Awissu. Din l-edizzjoni mhux biss għandha l-għan li tferraħ l-udjenza b’taħlita ta’ uħud mill-aqwa artisti fid-dinja iżda għaha ukoll l-għan li tmexxi 'l Malta lejn l-attivitajiet marbuta mal-Belt Kulturali Ewropea fl-2018.

    Għaldaqstant l-MIAF2015 qed jippromovi l-espressjoni artistika b'mod multidixxiplinarju, u joħloq programm ta' attivitajiet frisk, eċċitanti u innovattiv, flimkien ma' workshops u master classes li joffru sfida lil min jipparteċipa fihom. Ħafna minn dawn l-attivitajiet se jittellgħu f'uħud mill-aktar postijiet storiċi prestiġjużi, bħal Pjazza Teatru Rjal, il-Ġonna tal-Argotti, il-Forti Sant Iermu u Bieb il-Belt, li kien irrestawrat dan l-aħħar.

    Il-programm sar minn kumitat artistiku, li l-membri tiegħu huma kollha artisti, immexxija mid-direttur artistiku għall-MIAF Dr Michelle Castelletti, flimkien mal-kompożitur Ruben Zahra, il-koreografa Francesca Tranter, u Riccardo Carbutti, project manager għall-kultura fl-Italja.

    Michelle Castelletti, Direttur Artistiku, Malta International Arts Festival qalet ‘Inħossni kuntenta, onorata u kburija li qed nippreżenta, flimkien ma’ tim fenomenali ta’ nies, il-Malta International Arts Festival. Il-MIAF2015 huwa dikjarazzjoni; sejħa permezz tal-pinen u l-imħuħ. Huwa laqgħa ta’ metodi, mentalitajiet, mezzi u kulturi differenti... kollha b’qafas komuni ta’ integrità artistika u eċċellenza.”

    Din l-edizzjoni tal-MIAF se tkun qed twassal l-arti lill-poplu b’mod ġdid u frisk, saħqet Castelletti, filwaqt li tkompli tressaq lil Malta lejn ir-rwol ta' Belt Kulturali Ewropea fl-2018.

    Fost l-attivitajiet ta' mużika klassika ta' dis-sena, hemm il-kunċert tal-pjanista magħrufa mad-dinja u speċjalista tal-mużika ta' Debussy Noriko Ogawa mill-Ġappun, kif ukoll it-Talich Quartet – wieħed mill-aqwa kwartetti tal-korda fid-dinja, rikonoxxut bħala ensemble li jippromovi t-tradizzjoni mużikali Ċeka madwar id-dinja. Immexxi minn Marcelline Agius, leader tal-Orkestra Filarmonika ta' Malta, flimkien mal-pjanista Joanne Camilleri, Bar-to-Bar Quintet se jdoqqu xogħlijiet ta' Shostakovich u Bartók fil-bitħa tal-Palazz.

    B'kummissjoni mis-Silk Road Art Music Festival ta' Hong Kong, se jittella' xogħol multidixxiplinarju minn tnejn mill-aktar ensembles rispettati fit-tradizzjoni mużikali Mediterranja. En Chordais u Constantinople, se jingħaqdu biex joħduna fuq vjaġġ mużikali bħala tribut lil Marco Polo.

    Il-MIAF jagħti merħba lill-proġett finanzjat mill-UE Meeting the Odyssey – proġett kollaborattiv soċjali u artistiku abbord il-vapur Hoppet, li salpa fil-Baltiku fl-2014 fuq vjaġġ ta' tfittxija f'pajsaġġi artistiċi u attitudnijiet kulturali li jinbidlu l-ħin kollu, filwaqt li joħloq sinerġiji madwar l-Ewropa.

    Wara li daqqew aktar minn 20,000 darba quddiem aktar minn 12-il miljun ruħ madwar id-dinja, il-fenomenu STOMP mir-Renju Unit, li rebaħ diversi unuri, se jiddebutta f'Malta f'dan il-festival. Bit-taħlita ta' ritmu, teatru, umoriżmu u żfin, din għandha tkun attività spettakolari għal udjenzi ta' kull età.

    Taħt id-direzzjoni tal-koreografu mill-Iżrael Rami Be’er, il-Kibbutz Contemporary Dance Company se jkunu qed itellgħu x-xogħol oriġinali tagħhom If At All, xogħol teatrali ta’ żfin figurattiv u astratt. ŻfinMalta Dance Ensemble, li twaqqfet dan l-aħħar, se tkun qed ittella’ adattament kontemporanju ta’ L’ Après-midi d’un Faune ta’ Mallarmé (1876),, b’koreografija oriġinali ta’ Mavin Khoo. L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, se tippreżenta wieħed mill-avvenimenti ewlenin tal-festival bi programm bla ħlas fi Pjazza San Ġorġ fis-26 ta’ Lulju.

    Produzzjonijiet lokali oħra jinkludu Faith, Hope u Charity, dramm epiku miktub mill-awtur Immanuel Mifsud u b’direzzjoni ta’ Josette Ciappara, li jseħħ fl-isfond tal-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija; u, wara s-suċċess tas-sena l-oħra, Kelma Kelma Nota Nota se jirritornaw fuq il-palk b’serata mimlija bi proża, poeżiji u għanjiet Maltin. l-MIAF+ li tnieda dan l-aħħar se jkun qed joħloq opportunitajiet ġodda għal sħubija bejn il-komunitajiet artistiċi f’Malta.

    Wieħed mill-aktar elementi b’saħħithom li se jiftaħ il-festival se jkun Pendulum Choir – biċċa xogħol korali oriġinali għal disa’ vuċijiet a cappella u 18-il ġakk idrawliku li se tittella’ fid-daħla tal-Belt Valletta. Maħsub u maħluq minn Michel Décosterd, b’kompożizzjoni ta’ André Décosterd u interpretat mill-Jeune Opéra Compagnie – Les Voix b’direzzjoni ta’ Nicolas Farine, dan ix-xogħol, li rebaħ diversi unuri kien preżentat madwar id-dinja kollha u se jkun bla ħlas għall-pubbliku Malti fl-10 ta’ Lulju. Miguel Chevalier, artist multidixxiplinarju u sperimentali se jġib Malta kummissjoni ġdida – Pixels Wave 2015, installazzjoni virtwali interattiva b’tapit ġgantesk ta’ dwal li se jdawlu Triq ir-Repubblika f’Bieb il-Belt. Din se tiftaħ fl-10 ta’ Lulju u tibqa’ tintwera sa tmiem il-festival.

    Għal aktar informazzjoni u l-aħħar aħbarijiet dwar l-attivitajiet kollha tal-festival żur www.maltaartsfestival.org

    Il-MIAF huwa organizzat mill-Kunsill Malti għall-Arti fil-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, bil-kollaborazzjoni tal-Belt Kulturali Ewropea 2018, bis-sapport tl Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, TVM, MSV Life, Grand Hotel u l-Phoenicia Hotel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0