It-tamiet Maltin jisfumaw fit-tieni taqsima

  • Ott 12, 2012 20:36:02
  • Miktub minn

    Wara taqsima eċċezzjonali fejn qatt ma wrew xi sintomi ta’ inferjorità kontra ċ-Ċeki bil-konsegwenza li dawn tal-aħħar intlaqgħu b’għadd ta’ tisfir mill-partitarji tagħhom stess, il-plejers Maltin sfaxxaw hekk kif fil-bidu tat-tieni taqsima sofrew it-tieni gowl, biex iċ-Ċeki ddominaw il-kumplament ta’ dan il-konfront għal rebħa ta’ 3-1.

    Din il-logħba, li ntlagħbet fid-Doosan Arena, fi Plzen, kienet valida mir-rawnd preliminari tat-Tazza tad-Dinja 2014, u li sofrejna t-tielet telfa minn daqstant partiti, fi Grupp B.

    It-tattika Maltija kienet dik ta’ 4-5-1, bil-ħames midfielders ikunu reattivi fl-offensiva avversarja ... b’Michael Mifsud ikun iżolat fl-attakk.

    Wara bidu diffiċli, il-Maltin issetiljaw u dehru organizzati u kompatti fid-difiża li ftit li xejn taw spazji lill-avversarji biex jimmanuvraw.

    Wara li ċ-Ċeki fetħu l-iskor, ir-reazzjoni Maltija kienet waħda mmedjata b’kapolavur ta’ Roderick Briffa.

    Iżda appena għaddew seba’ minuti mit-tieni taqsima, ikkrolla kollox għat-tim Malti.

    Matul l-ewwel kwarta l-avversarji tagħna kellhom l-inizjattiva assoluta fejn bdew iżommu ballun fil-baxx u b’passes qosra bdew ifittxu lil xulxin, li iżda, ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka Maltija minħabba li d-difiża bdiet tantiċipa il-furja Ċeka.

    Fl-34 minuta, ir-Repubblika Ċeka, fetħu l-iskor minn azzjoni ftit twila - xutt minn barra l-kaxxa ta’ Jaroslav Plasil ġie salvat parzjalment minn Andrew Hogg u mir-rebound ta’ Tomas Pekhart reġa’ kien Hogg li salva b’mod determinanti bid-difiża Maltija tikklerja qasir. L-azzjoni kompliet fuq il-linja xellugija fejn David Limbersky dar ma’ Edward Herrera li xeħet cross insidjuż fil-kaxxa Maltija fejn daħal THEODORE GEBRE SELASSIE u b’daqqa ta’ ras xeħet il-ballun fir-rokna tas-saqaf tax-xibka.

    Tliet minuti wara, assistejna għal Euro Goal min-naħa tat-tim Malti meta, l-aħjar plejer Malti tal-logħba, RODERICK BRIFFA, seraq ballun f’tarf il-kaxxa avvesarja, qabeż żewġ plejers Ċeki qabel ma fajjar kanunata li spiċċat fir-rokna tas-saqaf tax-xibka b’Petr Cech statiku għall-aħħar jammira din il-bravura ta’ Briffa.

    Iżda appena għaddew seba’ minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, iċ-Ċeki marru fil-vantaġġ għal darb’oħra minn daqqa ta’ ras, din id-darba ta’ TOMAS PEKHART li, minkejja li kien issikkat minn Steve Borg, ikkonnettja għal ġox-xibka mill-cross ta’ Petr Jiracek.

    Kien gowl li ta moral ġdid liċ-Ċeki hekk kif bdew jibnu l-pressjoni fuq id-difiża Maltija li dehret li tilfet għal kollox il-bilanċ. Infatti, fis-67 minuta, id-difiża Maltija inqabdet miftuħa beraħ meta Petr Jiracek għadda l-ballun lil Jaroslav Plasil li xeħet cross għan-nofs biex JAN REZEK kompla l-ballun għal ġewwa.

    Fil-ħin miżjud kellna ċans li nagħmlu r-riżultat aktar rispettabbli meta ingħatajna penalti għal foul fil-kaxxa li Milan Petrzela kkommetta fuq Steve Borg.

    Kien Michael Mifsud li nkariga minn din ir-responsabbiltà iżda x-xutt mill-11-il metru ġie salvat minn Petr Cech.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook