Kommemorazzjoni tal-450 anniversarju tal-Assedju l-Kbir (Programm ta’ attivitajiet mill-FAA),

  • Mej 05, 2015 11:13
  • Miktub minn

    Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA), għandha l-pjacir tħabbar li qed tħejji sensiela ta’ avvenimenti għax-xahar ta' Mejju sabiex tfakkar l-450 anniversarju tal-Assedju l-Kbir ta' Malta, u b’hekk tagħti l-opportunità li nsiru nafu aktar dwar wieħed mill-perjodi l-aktar notevoli tal-istorja ta' Malta, kemm lil min hu membru fi ħdan l-FAA, u anki lil pubbliku in ġenerali.

    Dawn l-attivitajiet se jibdew nhar is-Sibt, 16 Mejju, bis-seminar: "Il-ġrajja tal-Assedju l-Kbir skond il-frescoes ta’ Matteo Perez d'Aleccio", bis-sehem ta’ esperti ewlenin f’dan il-qasam — Dott. Theresa Vella, Dott. Stephen C. Spiteri, Prof. Denis de Lucca, Dott. Albert Ganado, Drott. Emanuel Buttigieg, is-Sur Joseph Schirò, u s-Sur Dane Munro.

    Għal din l-okkażjoni, FAA ħadet ħsieb tikteb u tippubblika l-ktejjeb: “The Great Siege of Malta: Art and History” — ktejjeb mħejji apposta mill-FAA sabiex tikkommemora l-450 anniversarju tal-Assedju l-Kbir ta’ Malta.

    Permezz tat-tnax-il fresco ta’ d'Aleccio, ħa nsegwu xi wħud mill-episodji l-aktar sinifikanti li seħħu matul l-Assedju l-Kbir fl-1565. Ibbażati fuq ir-rakkonti kontemporanji tal-Assedju l-Kbir, dawn il-pitturi jiżvelaw narrattiva viżwali komprensiva tal-istat tal-fortifikazzjonijiet u aspetti oħra militari, it-tipi ta’ armatura, armi u kostumi li kienu jintlibsu, u xi tattiċi li kienu wżati f’din il-kampanja kruċjali. Waqt dan is-seminar, il-kelliema ser jelaboraw aktar fuq dawn l-aspetti varji.

    Dan is-seminar se jiġi segwit minn wirja tal-arti tal-pittur Raymond Dominic Agius: ‘Interpretations of the Great Siege’. Din il-vetrina artistika se titfa’ dawl fuq xeni u personaġġi marbuta mal-Assedju l-Kbir. Dawn il-pitturi, li se jkunu għall-bejgħ, se jkunu għal-wiri fil-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija ta’ Malta, f’64, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, bejn it-Tlieta 19, u l-Ġimgħa 29 ta’ Mejju 2015.

    Avenniment ferm importanti ieħor relatat mal-kommemorazzjoni tal-Assedju l-Kbir, se jsir nhar is-Sibt, 23 ta’ Mejju, 2015 permezz ta’ mixja u mawra bid-dgħajjes ‘In the steps of the Great Siege’, fejn il-parteċipanti se jaqsmu l-Port il-Kbir fuq dgħajjes tradizzjonali li jintużaw fil-portijiet Maltin. Wara, dawn se jiżbarkaw fis-Sally port tal-Birgu. Il-mawra iggwidata ta’ din il-belt se żżur diversi postijiet ta’ interess relatati mal-Assedju l-Kbir inkluż postijiet li normalment ikunu magħluqa għall-pubbliku. Din iż-żjara tagħlaq b’bibita fil-Berġa Franċiża, li llum hi f’idejn il-Kunsill Lokali tal-Birgu, segwita bi vjaġġ lura l-Belt permezz tad-dgħajsa tradizzjonali tal-port.

    Peress li din il-mawra hija ristretta biss għall-membri tal-FAA, dawk interessati li jieħdu sehem huma kordjalment mistiedna sabiex jissieħbu mal-FAA billi japplikaw fuq l-Internet www.faa.org.mt/membership/.

    Prenotazzjoni għal dawn l-avvenimenti kollha jistgħu jsiru permezz ta' https://ticketengine.faa.org.mt/.

    Aktar informazzjoni dwar dawn l-attivitajiet hija disponibbli fuq il-websajt tal-FAA http://faa.org.mt/.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook