Wirja ta' ritrattti biex "Tiskopri l-Istati Uniti"

  • Mej 05, 2015 09:07
  • Miktub minn

    L-Ambaxxata Amerikana stienet lill-pubbliku biex " Tiskopri l- Istati Uniti " permezz ta ' wirja ta' ritratti mill-fotografu Malti Charles Mifsud.

    Fil-vjaġġ tiegħu, is-Sur Mifsud għamel parti kbira mir-rotta magħrufa bħala Route 66 imma żied destinazzjonijiet oħra mal-vjaġġ. Ir-ritratti tas-Sur Mifsud jesprimu l -esperjenzi intimi tiegħu tal-ambjent u n-nies li ltaqa; magħom matul il-vjaġġ ta’ 6,500 km. L-ilwien vibranti fir-ritratti tiegħu jirriflettu id-diversità tal- Istati Uniti.

    Il-wirja hija miftuħa għall-pubbliku mit-8 sal-25 ta’ Mejju fl-Atrium taċ-Centru għall-Kreattivita’ fil-Kavallier ta’ San Ġakbu.

    Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja l- Ambaxxata Amerikana - usembmalta@state.gov

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0