Soppa tat-tadam

  • Mej 03, 2015 21:48
  • Miktub minn
"

    Għandek bżonn:

    mgħarfa żejt taż-żebbuġa

    basla mqattgħa

    sinna tewm

    4 kikkri stokk

    nofs kilo tadam frisk

    kuċċarina turmeric

    nofs kuċċarina żerriegħa tal-kemmun

    mgħarfa kunserva

    nofs kikkra għaġin żghir (bħall-orzo),

    1 yoghurt jew 4 mgħaref krema light

    Metodu:

    Aqli l-basla u sajjar għal 15-il minuta. Żid it tewm u kompli sajjar. Żid it-tadam bil-qoxra b'kollox, melħ u bżar. Ħawwad, żid l-istokk u t-turmeric. Baxxi n-nar u sajjar għal nofs siegħa. Itħan ħafif ħalli jibqagħlek il-biċċiet. Erġa' poġġi s-soppa fuq in-nar u żid l-għaġin u l-kunserva.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Kalamita fuq ONE.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0